20.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta Mejju 2009

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(2009/394/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor tal-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993 għal perijodu ta' tliet snin sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b'mod regolari, għal perijodi oħra ta' sentejn. L-aħħar darba li dan il-Ftehim ġie estiż kien f'Mejju 2007, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata li tivvota favur din l-estensjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b'dan hija awtorizzata li tesprimi din ilpożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.