|
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Mejju 2009
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995
(2009/393/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Din ġiet estiża l-aħħar permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali f’Ġunju 2007 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali, għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tivvota favur din l-estensjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor, sa sentejn.
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT