|
30.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2009
tal-21 ta' April 2009
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/356/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi,
Billi:
|
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forzi fis-17 ta' Novembru 2008, is-16 ta' Diċembru 2008 u d-19 ta' Marzu 2009. |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar kontribut min-Norveġja mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-UE (EUMC), il-kontribut min-Norveġja għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontributi ta' Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forzi, il-kontribut min-Norveġja huwa b'dan aċċettat għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ April 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
I. ŠRÁMEK