30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/352/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Volker HOFF sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sinjura Nicola BEER, Staatssekretärin für Europa, Hessisches Ministerium der Justiz, für Integration und Europa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.