25.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ April 2009

li jemenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2787)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/343/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għal appartat tar-radju li juża tekonoliġija ultra-wideband (firxa ultra-wiesgħa) fil-Komunità, biex tiżgura li l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju jkun disponibbli madwar l-Ewropa skont il-kundizzjonijiet armonizzati, li jneħħu l-ostakli għall-adozzjoni tat-teknoloġija ultra-wideband u li joħolqu suq wieħed effettiv għat-tali sistemi bir-riżultat ta’ ekonomiji ta’ skala u ta’ benefiċċji għall-konsumatur.

(2)

Jeħtieġ li l-bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u fl-użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju jkunu riflessi b’mod adegwat fir-regolazzjoni tat-teknoloġija ultra-wide band, sabiex is-soċjetà Ewropea tibbenefika mill-introduzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi bbażati fuq din it-tekonoloġija, filwaqt li jiżguraw li utenti oħra tal-ispektrum ma jkunux affettwati ħażin. Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/131/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(3)

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni, skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, ħarġet mandati addizzjonali lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), biex twettaq aktar studji ta’ kompatibbiltà tat-teknoloġija ultra-wideband mas-servizzi tar-radjutelekomunikazzjoni.

(4)

Fir-rapport tagħha mibgħut bi tweġiba għal dawn il-mandati, is-CEPT lill-Kummissjoni tatha parir biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2007/131/KE.

(5)

L-istudji addizzjonali mis-CEPT iċċaraw il-kundizzjonijiet tekniċi li taħthom, tekniki speċifiċi tat-taffija tar-riskju, notevolment Rilevament u Evitar (Detect and Avoid, DAA) u Ċiklu ta’ Ħidma Baxxa (Low Duty Cycle, LDC), jippermettu li l-apparat ultra-wideband jitħaddem b’kapaċitajiet ta’ trażmissjoni aħjar filwaqt li joffru protezzjoni ekwivalenti komparabbli mal-limiti ġeneriċi ultra-wideband eżistenti.

(6)

L-istudji tas-CEPT urew ukoll li l-apparat ultra-wide band jista’ jintuża wkoll taħt kundizzjonijiet iktar stretti mil-limiti ġeneriċi f’vetturi tat-triq u ferrovjarji. Tali kundizzjonijiet jistgħu ikunu inqas stretti sakemm it-tekniki ta’ taffija, bħal dawk imsemmija hawn fuq, jintużaw f’dawn il vetturi.

(7)

Is-sistemi ta’ teħid ta’ immaġini tal-Analiżi tal-Materjal tal-Bini (Building Material Analysis, BMA) jistgħu jipprovdu għadd ta’ applikazzjonijiet li jirrilevaw jew jieħdu immaġini ta’ pajpijiet, wajers u strutturi oħra fil-ħitan f’bini residenzjali u kummerċjali. Sett komuni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-ispektrum għall-apparat tal-BMA għandhom jgħinu lil dawk l-impriżi li jridu jipprovdu servizzi professjonali relatati bl-użu ta’ dawn l-applikazzjonijiet madwar il-konfini tal-Komunità.

(8)

Is-CEPT għarrfet lill-Kummissjoni li għandu jkun possibbli li jintużaw limiti ġeneriċi inqas stretti għas-sistemi tal-BMA, sakemm il-modi tat-tħaddim tagħhom, flimkien mad-densitajiet ta’ użu baxxi ħafna u fatturi ta’ attività tagħhom, inaqqsu iktar il-possibbiltà ta’ interferenza li tagħmel il-ħsara lis-servizzi ta’ radjukomunikazzjoni.

(9)

L-istudji tekniċi tas-CEPT skont mandati tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet tal-BMA jassumu li l-użu fi strutturi li huma densi u ħoxnin biżżejjed biex jassorbu ħafna mis-sinjali trażmessi mis-sistema ta’ immaġini. Dawn l-istudji ta’ kompatibilità jinkludu, fost l-oħrajn il-presuppost li l-apparat tal-BMA għandu jwaqqaf it-trażmissjoni f’għaxar sekondi mill-interuzzjoni tat-tħaddim normali. Barra minn hekk, għalkemm it-tagħmir tal-BMA jistgħu wkoll jinbiegħu bħala prodott tal-konsumatur, huwa presuppost li densità massima ta’ 6,7 unitajiet/km2 tintuża fl-istudji dwar l-interferenza totali.

(10)

Skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat tar-radju u apparat terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (3) (id-Direttiva R&TTE), il-Kummissjoni Ewropea ħarġet mandati (M/329 u M/407) lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzar sabiex jistabbilixxu sett ta’ standards armonizzati li jkopru l-applikazzjonijiet ultra-wideband li jkunu rikonoxxuti taħt din id-Direttiva, u li jwasslu għal preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tagħha. Bħala risposta għall-mandati M/329 u M/407 mill-KE, l-ETSI (L-Istitut Ewropew tal-Istandards fit-Telekomunikazzjoni) żviluppa l-Istandard Armonizzat EN 302 065 għal apparat UWB (ultra-wideband), l-Istandard Armonizzat EN 302 500 għal apparat ta’ Lokazzjoni u Traċċar u EN 302 435 għal apparat tal-BMA.

(11)

L-Istandards Armonizzati rispettivi jiddeskrivu fid-dettall kif għandu jaħdem l-apparat li jopera f’firxiet ta’ frekwenzi allokati b’din id-Deċiżjoni u kif dan l-apparat jista’ jiġi ttestjat għall-konformità mal-limiti msemmija fl-Istandards Armonizzati.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispektrum ta’ frekwenzi tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/131/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/131/KE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 10 u 11 li ġejjin:

“10.

‘Analiżi tal-Materjal tal-Bini’ (BMA) tfisser senser ta’ disturb tal-kamp iddisinnjat biex jillokalizza oġġetti fl-istruttura tal-bini jew biex jiddetermina l-karatteristiċi fiżiċi tal-materjal tal-bini;

11.

‘irradjat fl-arja’ tfisser dawk il-partijiet tas-sinjal maħruġa minn applikazzjonijiet speċifiċi tat-teknoloġija ultra-wideband li mhumiex assorbiti bl-ilqugħ għalihom jew bil-materjal li qed jiġi investigat.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 282.

(3)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

E.I.R.P (Potenza isotropika rradjata ekwivalenti) massima. Tekniki ta’ Taffija Xierqa

1.   UŻU ĠENERIKU TAL-UWB

1.1.   Densitajiet massimi tal-e.i.r.p

Firxa ta’ Frekwenzi

(GHz)

Densità ta’ e.i.r.p. ta’ medja massima

(dBm/MHz)

Massimu tal-ogħla densità tal-e.i.r.p.

(dBm/50MHz)

Anqas minn 1,6

–90,0

–50,0

1,6 sa 2,7

–85,0

–45,0

2,7 sa 3,4

–70,0

–36,0

3,4 sa 3,8

–80,0

–40,0

3,8 sa 4,2

–70,0

–30,0

4,2 sa 4,8

–41,3

(sal-31 ta’ Diċembru 2010)

0,0

(sal-31 ta’ Diċembru 2010)

–70,0

(wara l-31 ta’ Diċembru 2010)

–30,0

(wara l-31 ta’ Diċembru 2010)

4,8 sa 6,0

–70,0

–30,0

6,0 sa 8,5

–41,3

0,0

8,5 sa 10,6

–65,0

–25,0

’il fuq minn 10,6

–85,0

–45,0

1.2.   Tekniki ta’ taffija xierqa

Apparat li juża’ t-teknoloġija ultra-wideband jista’ jkun awtorizzat li juża l-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju b’limiti ta’ e.i.r.p. ogħla minn dawk li hemm fit-tabella fit-taqsima 1.1, meta jiġu applikati tekniki ta’ taffija oħra barra minn dawk fl-Istandards Armonizzati adottati taħt id-Direttiva 1999/5/KE jew tekniki ta’ taffija oħra bil-kundizzjoni li jilħaq tal-anqas livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak provdut mil-limiti tat-tabella fil-punt 1.1. Huwa preżunt li t-tekniki ta’ taffija li ġejjin jipprovdu tali protezzjoni:

1.2.1.   Taffija ta’ ‘Ċiklu ta’ ħidma baxxa’ (LDC)

Medja massima ta’ densità tal-e.i.r.p. ta’ -41,3 dBm/MHz u quċċata massima e.i.r.p ta’ 0 dBm mkejla f’50 MHz għandha tkun awtorizzata fil-firxiet ta’ 3,1-4,8 GHz sakemm tiġi applikata restrizzjoni hija applikata fejn is-somma tas-sinjali kollha trażmessi tkun anqas minn 5 % tal-ħin kull sekonda u anqas minn 0.5 % tal-ħin kull siegħa, u sakemm kull sinjal trażmess ma jaqbiżx il-5 millisekondi.

1.2.2.   Taffija ta’ ‘Rilevament u Evitar’ (DAA)

Medja massima ta’ densità tal-e.i.r.p ta’ - 41,3 dBm/Mhz u e.i.r.p ta’ quċċata massima ta’ 0 dBm mkejla f’50 MHz għandh tkun awtorizzata fil-firxiet ta’ 3,1-4,8 u 8,5-9,0 GHz sakemm tintuża teknika ta’ Rilevament u Evitar (DAA) kif deskritta fl-Istandards Armonizzati rilevanti adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

1.3.   It-tħaddim tal-apparat li juża teknolġiji ultra-wideband f’vetturi tat-triq u ferrovjarji

B’deroga mill-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, l-użu ta’ apparat ultra-wideband għandu jiġi awtorizzat ukoll f’vetturi fit-triq u ferrovjarji meta jkun f’konformità mal-parametri li ġejjin.

1.3.1.   Densità massima tal-e.i.r.p. għat-tħaddim tal-apparat li juża teknolġiji ultra-wideband f’vetturi tat-triq u ferrovjarji

Apparat li juża teknoloġija ultra-wideband f’vetturi tat-triq u ferrovjarji għandu jkun awtorizzat li juża l-ispektrum tar-radju bil-limit tal-e.i.r.p. mogħtija fit-Taqsima 1.1 sakemm jiġu applikati għall-firxiet 4,2-4,8 GHz u 6,0-8,5 GHz il-parametri li ġejjin:

Firxa ta’ Frekwenzi

(GHz)

 

Massimu tad-densità medja tal-e.i.r.p.

(dBm/MHz)

4,2 sa 4,8

sal-31 ta’ Diċembru 2010

–41,3

sakemm dawk it-tekniki biex itaffu l-interferenza totali jiġu applikati li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE, jeħtieġ li jintużaw. Dawn jirrikjedu trażmettitur b’kontroll tal-qawwa (TPC) b’firxa ta’ 12 dB tal-anqas.

– 53,3 (inkella)

wara l-31 ta’ Diċembru 2010

–70,0

6,0 sa 8,5

 

–41,3

sakemm dawk it-tekniki biex itaffu l-interferenza totali jiġu applikati li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE, jeħtieġ li jintużaw. Dawn jirrikjedu trażmettitur b’kontroll tal-qawwa (TPC) b’firxa ta’ 12 dB tal-anqas.

– 53,3 (inkella)

1.3.2.   Tekniki ta taffija xierqa f’vetturi tat-triq u fuq il-ferrovija

It-tħaddim ta’ apparat li juża’ t-teknoloġija ultra-wideband f’vetturi fit-triq u ferrovjarji għandu jkun awtorizzat ma’ limiti ta’ e.i.r.p. oħrajn barra minn dawk imsemmijin fit-Taqsima 1.3.1 meta jiġu applikati tekniki ta’ taffija kif deskritt fl-Istandards Armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE jew tekniki ta’ taffija oħra bil-kundizzjoni li jilħaq mill-inqas livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak provdut mill-limiti tat-tabelli preċedenti. Huwa preżunt li t-tekniki ta’ taffija li ġejjin jipprovdu tali protezzjoni:

1.3.2.1.   Taffija ta’ ‘Ċiklu ta’ ħidma baxxa)’ (LDC)

It-tħaddim ta’ apparat li juża teknoloġija ultra-wideband f’vetturi fit-triq u ferrovjarji li japplika teknika ta’ taffija ta’ LCD fil- firxa ta’ 3,1 - 4,8 GHz kif deskritt fit-taqsima 1.2.1, għandu jitħalla bl-istess limiti ta e.i.r.p. kif deskritt f’dik it-Taqsima 1.2.1. Il-limiti ta’ e.i.r.p. msemmija fit-Taqsima 1.1 għandhom japplikaw għal firxiet ta’ frekwenzi oħrajn.

1.3.2.2.   Taffija f’‘Rilevament u Evitar’ (DAA)

It-tħaddim ta’ apparat li juża teknoloġija ultra-wideband f’vetturi fit-triq u ferrovjarji li japplika teknika ta’ taffija ta’ DAA fil-firxiet ta’ 3,1-4,8 GHz u ta’ 8,5-9,0 GHz għandu jitħalla bl-limitu ta’ e.i.r.p ta’-41,3 dBm/MHz sakemm tekniki li jtaffu l-intereferenza jiġu applikati li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti bħat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Dawn jirrikjedu trażmettitur b’kontroll tal-qawwa (TPC) b’firxa ta’ 12 dB tal-anqas. F’każijiet oħra japplika limitu ta’ e.i.r.p.ta’ -53,3 dBm/MHz.

2.   UŻU SPEĊIFIKU TAL-UWB

Sinjali li huma rradjati fl-arja li ma jaqbżux il-limiti fit-tabella hawn taħt għandhom jitħallew.

2.1.   Analiżi tal-Materjal tal-Bini (BMA)

Firxa ta’ Frekwenzi

(MHz)

Massimu tad-densità medja tal-e.i.r.p.

(dBm/MHz)

Massimu tal-ogħla densità tal-e.i.r.p.

(dBm/50 MHz)

Anqas minn 1 730

–85

–45

1 730 sa 2 200

–65

–25

2 200 sa 2 500

–50

–10

2 500 sa 2 690

–65

–25

2 690 sa 2 700

–55

–15

2 700 sa 3 400

–82

–42

3 400 sa 4 800

–50

–10

4 800 sa 5 000

–55

–15

5 000 sa 8 000

–50

–10

8 000 sa 8 500

–70

–30

’il fuq minn 8 500

–85

–45

L-apparat tal-BMA li juża tekniki ta’ taffija li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti bħat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati rilevanti adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE, huwa awtorizzat li jaħdem fil-firxiet ta’ frekwenza 1,215 sa 1,73 GHz, b’densità ta’ e.i.r.p. medja massima ta’ - 70 dBm/MHz, u f’firxiet ta’ frekwenzi ta 2,5 sa 2,69 GHz u 2,7 sa 3,4 GHz b’densità ta’ medja massima ta’ - 50 dBm/MHz bil-kundizzjoni li jintlaħaq livell ta’ protezzjoni tal-anqas ekwivalenti bħal dak provdut mil-limiti tat-tabella hawn fuq.

Sabiex ikunu protetti s-Servizzi tar-Radjuastronomija; fil-firxa ta’ frekwenza ta’ 2,69 GHz sa 2,70 GHz u fil-firxa ta’ frekwenza 4,8 sa 5,0 GHz; id-densità totali ta’ potenza rradjata għandha tkun taħt — 65 dBm/MHz kif deskritt fl-Istandards Armonizzati relevanti adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.”