28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/164


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2009

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

(2009/331/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fid-19 ta' Novembru 2008 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/330/KE (1)

(2)

Il-Protokoll għandu jkun konkluż.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jiddepożita l-istrumenti ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 11 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jiddepożita dawn l-istrumenti f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.