2.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Marzu 2009

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/308/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1),

(2)

Siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Jaime RABANAL GARCÍA,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Javier VELASCO MANCEBO, Director de la Oficina de Representación del Principado de Asturias.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. BENDL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p.75.