|
27.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Marzu 2009
li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi (novelty lighters)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2078)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/298/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għall użu mit-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għall-perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għall-perjodi żejda li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/502/KE li ġiet emendata darbtejn, l-ewwel mid-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008 u t-tieni darba bid-Deċiżjoni 2008/322/KE (4) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2009. |
|
(4) |
Fl-assenza ta’ miżuri oħra adegwati li jindirizzaw il-ħarsien tat-tfal mil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi mtawla għal 12-il xahar oħra u li tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2010.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2009 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Meglena KUNEVA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41; MT: ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 976.
(3) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16; MT: ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 488.