24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/45


DEĊIŻJONI ATALANTA/1/2009 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ

tas-17 ta’ Marzu 2009

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/288/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fit-18 ta’ Novembru 2008, il-KPS adotta d-Deċiżjoni ATALANTA/1/2008 (2) li taħtar lill-Komodor Antonios PAPAIOANNOU bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan (Forza Navali) Juan GARAT CARAMÉ bħala Kmandant ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kaptan (Forza Navali) Juan GARAT CARAMÉ huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fis-7 ta’ April 2009.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2009

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

I. ŠRÁMEK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)   ĠU L 317, 27.11.2008, p. 24.