20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Marzu 2009

li taħtar President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(2009/249/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (KE) Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Johnny ÅKERHOLM huwa b’dan appuntat President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.