27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti tal-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1222)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/163/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu ġewwa jew fuq l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi l-proċedura għall-istabbiliment tar-regoli fir-rigward tas-sustanzi tat-taħwir użati jew intiżi għall-użu fl-oġġetti tal-ikel. Dak ir-Regolament jistipula l-adozzjoni ta’ reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir (“ir-reġistru”) wara notifika mill-Istati Membri ta’ lista tas-sustanzi ta’ taħwir li jistgħu jintużaw fi jew fuq oġġetti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta’ studju mill-Kummissjoni ta’ dik in-notifika.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistipula programm ta’ valutazzjoni tas-sustanzi tat-taħwir li jkunu jinsabu fir-reġistru (“il-programm ta’ valutazzjoni”) sabiex ikun hemm il-verifika jekk dawk is-sustanzi jkunux konformi mal-kriterji ġenerali għall-użu tagħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistipula li l-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi tat-taħwir għandhom iwasslu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament ukoll jistipula li wara t-twettiq tal-programm ta’ valutazzjoni, il-lista tas-sustanzi tat-taħwir li l-użu tagħhom għandu jkun awtorizzat għall-esklużjoni tal-oħrajn kollha, għandha tkun adottata.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 1999/217/KE (2), il-Kummissjoni adottat reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq l-oġġetti tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 2232/96.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 tat-18 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-adozzjoni ta’ programm ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jistipula ċertu tagħrif li għandu jitressaq mill-persuna responsabli għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti sustanzi tat-taħwir li jinsabu fir-reġistru sabiex tippermetti li tkun tista titwettaq il-valutazzjoni tas-sustanza.

(5)

Ma tressaq l-ebda tagħrif għal 148 sustanza u l-Kummissjoni la ġiet infurmata dwar kwalunkwe intenzjoni biex jibqa’ jitressaq xi tagħrif. Għalhekk, dawn is-sustanzi ma jistgħux ikunu vvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-kriterji ġenerali għall-użu tas-sustanzi tat-taħwir kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2232/96. Għalhekk, huwa xieraq li dawn is-sustanzi jitħassru mir-reġistru.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/282/KE tal-21 ta’ April 1998 dwar il-mezzi li bihom l-Istati Membri u l-Istati firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom iħarsu l-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-iżvilupp u l-manifattura ta’ sustanzi ta’ taħwir imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għal numru ta’ sustanzi, l-Istati Membri notifikanti talbu li għandhom ikunu rreġistrati b’tali mod li jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

(7)

Il-ħarsien għal dawn is-sustanzi, imniżżla fil-Parti B tar-reġistru, hija limitata għal perjodu massimu ta’ ħames snin massimu mid-data li tasal in-notifika tagħhom. Dak il-perjodu issa skada għal erba’ sustanzi li baqa’ b’konsegwenza li għandhom jiġu ttrasferiti għall-Parti A tar-reġistru.

(8)

Għalhekk id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE għandu jkun emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 8.

(4)  ĠU L 127, 29.4.1998, p. 32.


ANNESS

1.

L-ewwel paragrafu tal-anness, li tinqara kif ġej, għandha titħassar:

Ir-reġistru tas-sustanzi ta’ taħwir definiti kimikalment inqasam f’żewġ partijiet distinti. Il-Parti A tniżżel is-sustanzi skont in-numri FL tagħhom. Il-Parti B tniżżel dawk is-sustanzi li għalihom intalbet kunfidenzjalità minn Stat Membru sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-manifattur.

2.

Il-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringieli stabbiliti fit-tabella għal sustanzi attribwiti b’dawn in-numri FL li ġejjin huma mħassra:

01.025

01.062

01.068

01.069

01.071

01.072

01.073

01.074

01.075

01.076

02.053

02.068

02.118

02.129

02.130

02.151

02.163

02.199

02.215

02.232

02.237

02.238

02.244

03.018

03.021

04.060

04.071

04.081

04.083

05.054

05.133

05.135

05.176

05.177

05.200

05.207

05.209

05.210

05.212

05.213

05.214

05.215

06.060

06.068

06.099

06.108

06.113

07.143

07.144

07.145

07.163

07.173

07.174

07.192

07.216

07.241

07.245

07.246

07.252

08.110

08.111

08.126

08.128

09.311

09.384

09.576

09.635

09.654

09.817

09.845

09.853

09.881

09.887

09.896

09.903

09.914

10.041

10.046

10.065

10.071

11.011

11.012

11.013

11.019

11.022

11.024

12.110

12.115

12.186

12.245

12.246

12.247

12.248

12.250

12.260

12.261

12.263

13.036

13.104

13.110

13.121

13.131

13.147

13.156

13.158

13.159

13.164

13.181

13.187

14.090

14.151

14.153

14.156

14.157

14.158

14.162

14.165

14.166

15.041

15.046

15.053

15.059

15.065

15.073

15.075

15.095

15.100

15.101

15.104

15.105

15.117

15.121

15.122

15.123

15.124

16.050

16.064

16.065

16.066

16.067

16.068

16.069

16.070

16.078

16.079

16.084

16.085

17.009

 

 

 

 

(b)

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella:

Nru FL

Grupp kimiku

CAS

Isem

Fema

CoE

Einecs

Nru FL

Sinonimi

Isem sistematiku

Kummenti

09.929

8

220621-22-7

L-Monomenthyl glutarate

4006

 

 

09.929

 

 

 

03.023

16

1608-72-6

1-Ethoxyethylacetate

4069

 

 

03.023

 

 

 

16.083

30

446-71-9

2-(4-Hydroxy-3-methoxyphenyl)-5,7-dihydroxy chromanone

 

 

 

16.083

 

 

 

07.250

5

3916-64-1

3,5-Heptadien-2-one

 

 

 

07.250

 

 

 

3.

Il-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE tħassret.