27.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1174)

(2009/162/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-deroga mid-Direttiva 2000/29/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ħamrija li hija kkontaminata b’pestiċidi jew b’sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għal raġunijiet ta’ dekontaminazzjoni (2) tawtorizza, għal perjodu limitat, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO) dwar prevenzjoni u rimi ta’ pestiċidi li ma għadhomx jintużaw u li mhumiex iktar bżonnjużi li jdaħħlu fil-Komunità ħamrija li hija kkontaminata minn tali pestiċidi għat-trattament f’impjanti ta’ inċinerazzjoni apposta għall-iskart perikoluż.

(2)

Minħabba li l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm ġiet ittardjata, il-perjodu li tulu tista’ tiddaħħal il-ħamrija kkontaminata skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Deċiżjoni 2005/51/KE għandu jerġa’ jiġi estiż.

(3)

Id-Deċiżjoni 2005/51/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, il-kliem “it-28 ta’ Frar 2009” jinbidel bil-kliem “id-29 ta’ Frar 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 269, 14.10.2005, p. 297.