13.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Frar 2009

li taħtar il-membri li jirrapreżentaw is-settur privat fil-grupp ta’ esperti tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment

(2009/124/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/75/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 li tistabilixxi grupp ta’ esperti dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment (1) biex tagħti konsulenza lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta’ taxxa fuq prezzijiet ta’ trasferiment, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-membri tan-negozju u l-president tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment, li ġie ppubblikat fit-22 ta’ Diċembru 2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/233/EC tat-12 ta’ April 2007 dwar il-ħatra ta’ membri li jirrappreżentaw is-settur privat fil-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment, grupp espert dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment (2), għal terminu ta’ ħatra li jiġġedded ta’ sentejn,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/75/KE, il-Kummissjoni se taħtar president u numru massimu ta’ ħmistax-il speċjalista mis-settur privat b’esperjenza u kompetenza fil-prezzijiet ta’ trasferiment

(2)

Il-perjodu tal-ħatra tal-membri li jirrapprezentaw is-settur privat fil-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment jiskadi fit-28 ta’ Frar 2009. Għalhekk huwa neċessarju, li jiġi maħtur sostitut għal wieħed mill-membri u biex jiġġedded il-perijodu ta’ ħatra tal-president u membri oħra eżistenti.

(3)

Il-membri tal-Forum Konġunt tal-Prezzijiet ta’ Trasferiment għandhom jinħatru għal perijodu ta’ sentejn li jibda fi-1 ta’ Marzu 2009,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni b’dan taħtar għal perijodu ta’ sentejn il-president u 15-il membru li jirrapreżentaw is-settur privat fil-grupp ta’ esperti tal-Forum Konġunt tal-Prezzijiet ta’ Trasferiment, li isimhom jidher fl-Anness

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2009.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Robert VERRUE

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Dogonali


(1)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 189.

(2)  ĠU L 100, 17.4.2007, p. 25.


ANNESS

President maħtur mill-ġdid

Bruno GIBERT

Il-membri li jirrappreżentaw is-settur privat

Il-membri maħtura mill-ġdid

Dirk VAN STAPPEN

Isabel VERLINDEN

Svetla MARINOVA

Werner STUFFER

Heinz-Klaus KROPPEN

Kennet PETTERSSON

Sabine WAHL

Guglielmo MAISTO

Guy KERSCH

Theo KEIJZER

Monique VAN HERKSEN

Eduardo GRACIA

Michael SUFRIN

Nicholas DEE

Membru ġdid

Andrea BONZANO