14.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea
(notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/107/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar ir-reviżjoni tat-TSI-ERA-03-2008-REC) għall-vaguni tal-merkanzija tas-27 ta' Ottubru 2008,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta' qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta' dan il-mandat ta' qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tat-TSI Rolling Stock – Freight wagon, adottata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta' Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema tal-vettura ferrovjarja [dokument mhux disponibbli bil-Malti] (5), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u tippubblika lista ta' żbalji minuri nnutati. |
(3) |
Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tal-1999 fl-1 ta' Lulju 2006 daħħal regoli ġodda li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-vaguni. Il-Ftehim RIV li kien hemm qabel bejn l-impriżi ferrovjarji ġie parzjalment sostitwit minn ftehim ġdid privat u volontarju, il-Kuntratt Ġenerali tal-Użu (General Contract of Use) (GCU) (6) bejn l-impriżi ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni, kif ukoll mid-Deċiżjoni 2006/81/KE. |
(4) |
Filwaqt li l-vaguni rreġistrati taħt il-ftehim RIV ħtieġu biss awtorizzazzjoni waħda mill-Impriza Ferrovjarja reġistranti, id-Direttiva 2001/16/KE ħtieġet awtorizzazzjoni għal kull Stat Membru. Din il-problema ġiet proviżorjament solvuta mit-taqsima 7.6 tal-Annnes għad-Deċiżjoni 2006/81/KE li tipprovdi li darba li ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz jingħataw għall-vaġuni fi grupp fi Stat Membru wieħed, iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni trid tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-verifiki tas-sikurezza u tal-interoperabilità mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza. Tipprovdi wkoll li safejn id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha punti miftuħa, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizz se jiġu reċiprokament aċċettati, ħlief kif indikat fl-Anness JJ għal dik id-Deċiżjoni. Madankollu, safejn l-Anness JJ ma jidentifikax b'mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament fi Stati Membri oħra, l-applikazzjoni tat-taqsima 7.6 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE wasslet għal interpretazzjonijiet li jvarjaw. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika u diffikultajiet għall-industrija li sejħet għal azzjoni immedjata mill-Kummissjoni. |
(5) |
Il-problema issa tista' tiġi solvuta billi l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li vetturi li jkunu konformi b'mod sħiħ mat-TSIs li jkopru l-aspetti kollha tas-sotto-sistemi rilevanti mingħajr każijiet speċifiċi u mingħajr kwistjonijiet pendenti marbuta strettament mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz, sakemm jaħdmu fuq netwerks konformi mat-TSIs fl-Istati Membri l-oħra jew bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-TSIs korrispondenti. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha għadd ta' punti miftuħa u żbalji tekniċi. Filwaqt li r-Regoli Tekniċi Nazzjonali jistgħu japplikaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali marbuta mal-punti miftuħa, mhemmx ċertezza ġuridika li dawn is-soluzzjonijiet nazzjonali jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/57/KE, il-proċedura x-xierqa fil-każ ta' żbalji kbar jew kritiċi hija li l-ispeċifikazzjonijiet TSi rilevanti jiġu emendati minnufih. |
(7) |
Sabiex terġa' tiddaħħal l-interoperabilità sħiħa tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport internazzjonali, hija meħtieġa reviżjoni immedjata tad-Deċiżjoni 2006/861/KE sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun konformi mat-TSI għandha tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha. |
(8) |
Il-vaguni li ġew awtorizzati jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE u li huma pprovduti b'awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu mmarkati b'marki alfabetiċi li jkunu ċari u li jintgħarfu faċilment. Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat l-Anness P. 5 għat-TSI marbut mas-sottosistema Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea adottata taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (7). |
(9) |
Id-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 2006/861/KE
Id-Deċiżjoni 2006/861/KE hija emendata kif ġej:
(a) |
L-Artikolu segwenti qed jiġi miżjud: “Artikolu 1a Dokumenti Tekniċi 1. L-Aġenzija Ewropew tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-kontenut tal-Anness LL bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 2. L-ERA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista tal-brake-blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali msemmija fl-Annessi P u JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 3. L-Aġenzija għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali marbuta mad-draw gear imsemmi fl-Anness JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 4. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornati d-Dokumenti Tekniċi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u tgħarraf lill-Kummissjoni b'kull verżjoni riveduta. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jqisu li Dokument Tekniku ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/57/KE jew ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-kwistjoni tiġi diskussa fil-Kumitat. Abbażi tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat u fuq talba tal-Kummissjoni, id-Dokumenti Tekniċi għandhom jiġu rtirati jew immodifikati mill-Aġenzija.” |
(b) |
L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness I. |
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE
L-Anness P. 5 għad-Deċiżjoni 2006/920/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 3
Jekk il-marka “TEN” tal-vaguni tal-merkanzija li tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux konformi mat-tifsira speċifikata fl-Anness II, dik il-marka għandha titneħħa sal-31 ta' Diċembru 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2009.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.
(6) Il-websajt tal-GCU: http://www.gcubureau.org
(7) ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.
ANNESS I
L-Annessi tad-Deċizjoni 2006/861/KE huma emendati kif ġej:
1) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
2) |
L-Anness B huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Anness L, punt L.1.4.2.1, l-aħħar sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej: “Meta roti monoblokk jiġu armati fuq vaguni li huma 100 % tread braked, għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:
Nota: Għal tipi speċifiċi ta' trasport tal-merkanzija, il-valuri għall-qawwa u/jew il-ħin tal-applikazzjoni u/jew il-veloċità tal-ġiri u/jew it-tagħbijiet tal-fus u/jew id-dijametri tar-roti jistgħu jiġu mmodifikati fuq l-imġiba termomekkanika ta' dawn ir-roti fil-kuntest ta' utilizzazzjoni limitata.” |
4. |
Fl-Anness P, il-punt P.1.10 “Brake Blocks” jiġi mibdul b'dan li ġej: “P.1.10 Brake Blocks Il-proċedura tat-test għall-valutazzjoni tad-disinn li għandha tintuża brake blocks li huma Komponenti tal-Interoperabilità għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni fl-Anness I taqsima I.10.2. Din l-ispeċifikazzjoni għadha punt miftuħ għall-brake blocks ta' materjal kompost. Brake blocks ta' materjal kompost li ġa qed jintużaw għaddew mill-valutazzjoni skont p. 2.10. Il-lista tal-brake blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali qiegħda mniżżla f'Dokument Tekniku li għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fuq il-websajt tagħha.” |
5. |
L-Anness JJ għandu jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS JJ JJ.1. LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA It-tabella hawn taħt tagħti fil-qosor il-punti miftuħa ta’ din it-TSI u tikklassifika kull waħda minnhom jekk relatati (il-kolonna ‘IVA’) jew le (il-kolonna ‘LE’) mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.
JJ.2. SOLUZZJONI TAL-PUNTI MIFTUĦA U SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIL-KAŻ TAL-VAGUNI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA 7.6.4 1. Għeluq ta’ punti miftuħa Għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6 ta’ din it-TSI, il-punti miftuħa identifikati fil-kolonna ‘IVA’ tal-Anness JJ-1 huma magħluqa f’din it-taqsima. 1.1. Lokalizzazzjoni tal-Hot Axle Box Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsima 4.2.3.3.2 ta’ din it-TSI huwa magħluq jekk il-vagun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument Tekniku tal-ERA relatat. 1.2. Irjieħ trasversali Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 4.2.6.3 u 6.2.3.4.3 ta’ din it-TSI huwa magħluq mingħajr ebda dispożizzjoni obbligatorja dwar disinn tal-vagun. Jistgħu japplikaw xi miżuri operattivi. 1.3. Valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 6.1.2.2 u 6.2.21 ta’ din it-TSI huwa magħluq bl-applikazzjoni ta’ EN 15085-5 ta’ Ottubru 2007. 1.4. Valutazzjoni tal-manutenzjoni Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness D ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: Kull pjan ta’ manutenzjoni
u li wkoll jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI huwa validu. Il-prestazzjonijiet waqt is-servizz huma meqjusa bħala sodisfaċenti. 1.5. L-uċuħ tar-roti Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness E ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: id-difetti fuq wiċċ ir-rota se jitqiesu fl-ambitu tal-manutenzjoni. 1.6. Roti tal-azzar fondut Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness L ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: ir-roti tal-azzar fondut mhumiex awtorizzati sakemm jiġi ppublikat standard Ewropew. 1.7. Disinn u Valutazzjoni tal-brake blocks ta’ materjal kompost Il-punt miftuħ identifikat fl-Annessi p. 1.10 u p. 2.10 ta’ din it-TSI huwa magħluq bid-dokument tekniku relatat li huwa ppubblikat fuq il-websjat tal-ERA. 2. Speċifikazzjonijiet addizzjonali L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin huma wkoll meħtieġa għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6.4. 2.1. Inġizzi u draw gears
It-testijiet tat-tip dinamiku għandhom isiru fuq tliet draw gears mingħajr mezz elastiku. It-tliet kampjuni għandhom jgħaddu mit-testijiet mingħajr ma juru ebda ħsara. M’għandhomx juru xquq, u l-forza tensili ma tistax tinżel taħt l-1 000 kN. 2.2. Is-saħħa tal-istruttura ewlenija tal-vettura Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.1 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ li:
2.3. Iġġakkjar Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.2.4 ta’ din it-TSI, il-konformità tal-iġġakkjar mal-grafika ta’ hawn taħt hija meħtieġa wkoll: Grafika Relevage sur la voie / Rerailing 2.4. Fus Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 5.4.2.4 u l-Anness M 1.4 ta’ din it-TSI, l-istandards li ġejjin japplikaw għall-istressijiet massimi permissibbli: EN 13103 taqsima 7, EN 13260 taqsima 3.2.2 u EN 13261 taqsima 3.2.3 2.5. L-imġiba dinamika tal-vettura Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li għall-każi partikolari tal-bogies mhux elenkati fl-Anness Y, japplikaw EN 14363 jew il-fuljett UIC 432. Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI dwar is-sikurezza kontra l-iżvijjar waqt il-ġiri fuq binarji mgħawġa:
2.6. Forza kompressiva lonġitudinali Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.5 u l-Anness R ta’ din it-TSI, hija meħtieġa wkoll il-konformità mat-taqsima 3.2 tal-fuljett UIC 530-2, għajr għar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni ma’ u biex jiġi rċevut il-ftehim mill-Grupp ta’ Studju UIC (SG) 2. 2.7. Ibbrejkjar 2.7.1. Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.4.1.2.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-ħżin tal-enerġija jkun iddisinjat b’tali mod li wara applikazzjoni tal-brejk (bil-pressjoni massimu taċ-ċilindru tal-brejk u t-tefgħa massima possibbli taċ-ċilindru tal-vagun fi kwalunkwe stat ta’ tagħbija), il-pressjoni fir-reservoir awżiljari għandha tkun ≥ 0,3 bar mill-pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk mingħajr iż-żieda ta’ aktar enerġija. 2.8. Vaguni b’żewġ fusien Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI, l-applikazzjoni tal-fuljett UIC 517 hija obbligatorja għall-kalkolu tas-sospensjoni tal-vaguni b’żewġ fusien. 2.9. Interferenza elettrika jew elettromanjetika Il-vaguni armati b’sors ta’ enerġija li jista’ jikkawża l-interferenza elettrika għandhom jiġu eżaminati skont il-fuljetti UIC 550-2 u 550-3. Il-firma elettromanjetika tal-kompożizzjonijiet ferrovjarji massimi trid tiġi vvalidata. 2.10. Tipi speċjali ta’ vaguni Għal kull wieħed mit-tipi ta’ vaguni li ġejjin, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali relatati:
2.11. Vaguni deħlin fir-Renju Unit Il-vaguni deħlin fir-Renju Unit għandhom ukoll jikkonformaw mal-fuljett UIC 503 relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tar-Renju Unit.” |
6. |
L-Anness ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Anness KK: “ANNESS LL DOKUMENT TA' REFERENZA GĦAL-LOKALIZZAZZJONI TAL-HOT AXLE BOX Nota: dan l-Anness huwa wkoll ippubblikat bħala Dokument Tekniku tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u se jkompli jinżamm skont l-Artikolu 1a(4). 1. TERMINI U DEFINIZZJONIJIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw: Bearing tal-fus: bearing jew assemblaġġ ta' bearing fuq fus ta' vettura ferrovjarja li jittrażmetti proporzjon tal-piż tal-vettura ferrovjarja direttament għal fuq is-sett tar-rota. Axle box: l-istruttura, li tkun tinkludi pereżemoju cartridge bearing adaptor, li fih ikollu, jew ikun f'kuntatt mal-axle journal bearing u jipprovdi konnessjoni bejn l-arranġemaent tal-bogie jew tas-sospensjonijiet. Lokalizzatur tat-tisħin fil-kaxxa tal-fus (HABD): Żona fil-mira: żona definita fuq qiegħ tal-kaxxa tal-fus li ddisinjata sabiex ikollha t-temperatura tagħha mmonitorjata minn HABD Erja fil-mira: il-qisien skont il-pjan XY taż-żona fil-mira Żona projbittiva: żona fejn l-għejun tas-sħana, bħall-egżosts, li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta' HABD, huma esklużi jew għandhom ilqugħ mis-sħana. Koordinati tal-vetturi ferrovjarji: il-koordinati tal-vetturi ferrovjarji, grafika 1, huma bbażati fuq is-sistema tal-koordinati Karteżjani skont ir-regola tal-id tal-lemin, fejn l-assi-X pożittiva (loġitudinali) jgħaddi tul il-vettur fid-direzzjoni tal-moviment, l-assi-Z jitla”“l fuq vertikalment, u l-oriġini qiegħed fiċ-ċentru tal-fus tas-sett tar-roti. L-assi-Y huwa l-assi laterali. Grafika 1 Koordinati tal-Vetturi Ferrovjarji Is-sett tar-roti unità li tinkludi: fus, żewġ roti u l-axle bearings tagħhom, jew par roti indipendenti li jkunu fl-istes pożizzjoni lonġitudinali u l-bearings tagħhom. Sors tas-sħana: parti mill-vetturi ferrovarji li jista' jkollha temperatura ogħla mit-temperatura tal-operazzjoni ma' qiegħ il-kaxxa tal-fus, bħal tagħbija sħuna jew pajp tal-egżost. 2. SIMBOLI U TAQSIRIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:
3. REKWIŻITI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI Din it-taqsima fiha r-rekwiżiti għan-naħa tal-vetturi ferrovjarji tal-interfaċċa HABD. 3.1. Żona fil-mira Iż-żona fil-mira hija żona fuq il-wiċċ ta' qiegħ il-kaxxa tal-fus deskritta mill-intersezzjoni tal-kaxxa tal-fus ma' kubojde virtwali li għandu erja orizzontali meta maqsum minn tulu mogħtija mill-qisien XTA u YTA bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. L-erja orizzontali meta maqsum minn tulu tal-kubojde virtwali hija għalhekk kongruwenti mal-erja tal-pjan (i.e. il-pjan XY) taż-żona fil-mira, hawnhekk imsemmija l-erja fil-mira. 3.2. Erja fil-mira: L-erja fil-mira għandha postha fl-ispazju fir-rigward tal-qisien tal-fus, u tiddefinixxi erja li fiha HABD tista' tiffoka biex timmonitorja t-temperatura ta' axle box. Il-grafika 2 turi l-pożizzjoni u l-qisien minimi tal-erja fil-mira bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. Grafika 2 Qisien u pożizzjoni tal-erja fil-mira (TA) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) 3.3. Qisien tal-Erja fil-Mira Jekk jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, l-erja fil-mira għandha:
3.4. Il-Pożizzjoni tal-Erja fil-Mira fil-pjan XY Fil-pjan XY, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun ippożizzjonat distanza laterali, YTA, relattiva għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni), fejn 1 065 mm huwa inqas jew daqs il-YTA u l-YTA hija inqas jew daqs 1 095 mm. Fl-assi loġitudinali, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun kongruwenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus. 3.5. Rekwiżiti tal-viżibilità għall-Erja fil-Mira Il-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu ddisinjati mingħajr ebda ostruzzjoni bejn iż-żona fil-mira u l-HABD li tista' xxekkel jew iżżomm lill-HABD milli jiffoka fuq iż-żona fil-mira u b'hekk jonqos milli jkun hemm kejl tar-radjazzjoni termali tiegħu.
4. REKWIŻITI OĦRA TAD-DISINN MEKKANIKU Sabiex jitnaqqas iċ-ċans li HABD jikkalkula temperatura minn sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus, il-vetturi ferrovjarji jridu jiġu ddisinjati b'mod li sorsi oħra tas-sħana, perżempju merkanzija sħuna jew egżost, ma jkunux eżatt maġenb jew direttament fuq il-pożizzjoni tal-erja fil-mira. Sabiex jiġi ffaċilitat dan, ebda sors tas-sħana m'għandu jkun mqiegħed fiż-żona projbittiva definuta f'dan id-dokumentt.
4.1. Żona projbittiva: Iż-żona projbita hija definita minn erja rettangolari, li tinkludi l-erja fil-mira, u li hija estiża vertikalment biex tifforma kubojde vertikali. Il-qisien tal-kubojde huma LPZ u WPZ fil-pjan XY u HPZ fil-assi vertikali. Il-grafika 3 turi pożizzjoni possibbli tal-erja fil-mira fiż-żona projbittiva bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. Il-qisien tal-kubojde taż-żona projbittiva, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, għandhom ikunu:
Il-pożizzjoni taċ-ċentru taż-żona projbittiva fil-pjan X-Y għandu jkun:
Figura 3 Qisien taż-żona projbittiva (PZ) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) li juri pożizzjoni possibbli taż-żona fil-mira. 5. TABELLA TA' KORRELAZZJONI Għall-għanijiet tat-traċċabbiltà, hija inkluża tabella ta' korrelazzjoni marbuta ma' dan id-dokument bil-prEN 15437 oriġinali.
|
ANNEX II
L-Anness 5 tad-Deċiżjoni Nru 2006/920/KE hu mibdul b'dan li ġej:
“ANNESS P. 5
IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABILITÀ
‘TEN’ |
: |
Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||
‘PPV/PPW’ |
: |
Vagun li jikkonforma mal-ftehim PPV/PPV (ġewwa Stati OSJD) (oriġinali: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении) |
Noti:
(a) |
Vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodaġġ 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6. |
(b) |
Vetturi li mhumiex awtorizzati għall-operazzjoni fl-Istati Membri kollha jeħtieġu marka li tindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista ta' Stati Membri li jawtorizzaw għandhom ikunu mmarkati skont waħda mit-tpinġijiet li ġejjin, fejn D tfisser l-Istat Membru li ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tfisser it-tieni Stat Membru li jawtorizza (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri huma kkodifikati skont l-Anness P4. Dawn jistgħu jkopru vetturi li huma jew mhumiex konformi mat-TSI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodaġġ 4 sa 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6. |
”