7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 38/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li temenda, għal dak li jikkonċerna l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu, id-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali

(2009/105/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/16 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill.

(2)

Il-mandat tal-awditur estern attwali għall-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja tal-2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi maħtur awditur estern mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li KPMG AUDIT Sarl jinħatar bħala l-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu għas-snin finanzjarji mill-2009 sal-2013.

(4)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE (2), il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“7.   KPMG AUDIT Sarl huwa approvat bħala l-awditur estern tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu għas-snin finanzjarji mill-2009 sal-2013.”

Artikolu 2

Il-BĊE għandu jiġi mgħarraf b’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)   ĠU C 299, 22.11.2008, p. 5.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.