|
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, l-Olanda u l-Portugall li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 414)
(It-testi bl-Estonjan, l-Olandiż u l-Portugiż biss huma awtentiċi)
(2009/87/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Finlandiża “MAVI”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP”, “INGA” u “IFAP”. |
|
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta’ ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA”. |
|
(3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja konċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jħejju rapport dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Fuq il-bażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew minn tmien snin, rispettivament. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jieħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jieħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
|
(6) |
Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri konċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2008/396/KE. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru konċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Renju tal-Olanda u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS
SENA FINANZJARJA 2007
AMMONT LI SE JKUN IRKUPRAT MILL-, JEW IMĦALLAS LILL-, ISTAT MEMBRU
Note:Nomenklatura 2009 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.
|
MS |
|
2007 - Infiq / Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom |
Total a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1) |
Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005 |
Total inkluż tnaqqis u sospensjonijiet |
Ħlasijiet lil Stat Membru għas-sena finanzjarja (2) |
Ammont li se jkun irkuprat mill- (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru |
Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru skont id-Deċiżjoni 2008/396/KE |
Ammont li se jkun irkuprat mill- (-) jew imħallas lill- (+) Istat Membru skont din id-Deċiżjoni (3) |
|
|
huma approvati |
mhumiex approvati |
||||||||||
|
= infiq / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tal-infiq / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
||||||||||
|
|
|
a = xxxxx – A (col.i) |
b = xxxxx – A (col.h) |
ċ = a + b |
d = xxxxx – C1 (col. e) |
e = xxxxx – ART32 |
f = ċ + d + e |
g |
h = f – g |
i |
j = h – i |
|
EE |
EEK |
48 756 155,26 |
0,00 |
48 756 155,26 |
0,00 |
0,00 |
48 756 155,26 |
43 218 699,70 |
5 537 455,56 |
0,00 |
5 537 455,56 |
|
EE |
EUR |
35 127 040,45 |
0,00 |
35 127 040,45 |
0,00 |
0,00 |
35 127 040,45 |
35 126 777,91 |
262,54 |
0,00 |
262,54 |
|
NL |
EUR |
1 013 075 985,35 |
0,00 |
1 013 075 985,35 |
– 197 851,62 |
–99 891,82 |
1 012 778 241,91 |
1 014 343 940,20 |
–1 565 698,29 |
0,00 |
–1 565 698,29 |
|
PT |
EUR |
528 151 439,51 |
189 388 757,34 |
717 540 196,85 |
–35 399,52 |
0,00 |
717 504 797,33 |
717 209 444,82 |
295 352,51 |
0,00 |
295 352,51 |
|
MS |
|
nfiq (4) |
Dħul assenjat (4) |
Fond taz-zokkor |
L-Artikolu 32 (= e) |
Total (= j) |
|
|
Infiq (5) |
Dħul assenjat (5) |
||||||
|
05 07 01 06 |
6701 |
05 02 16 02 |
6803 |
6702 |
|||
|
k |
l |
m |
n |
o |
p = k + l + m + n + o |
||
|
EE |
EEK |
5 537 455,56 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
5 537 455,56 |
|
EE |
EUR |
262,54 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
262,54 |
|
NL |
EUR |
163 611,00 |
–1 629 417,47 |
0,00 |
0,00 |
–99 891,82 |
–1 565 698,29 |
|
PT |
EUR |
295 352,51 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
295 352,51 |
(1) Rigward NL, tnaqqis magħmul għal “tnaqqis ieħor” (–1 338,54 EUR) diġà kien rreġistrat mill-Istat Membru fil-kontijiet. It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħhom jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet għal meta ma ġewx irrispettati d-dati ta' skadenza tal-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2007.
(2) Il-ħlasijiet li saru f'EUR huma maqsuma skont il-munita tad-dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-EE l-infiq totali nqasam f'partijiet bl-EUR u bil-munita nazzjonali (l-Art. 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006).
(3) Għall-kalkolu tal-ammont li se jkun irkuprat mill-, jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li tqis huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (il-kolonna a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-infiq mhux approvat (il-kolonna b). Ir-rata tal-kambju applikabbli: L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
(4) Jekk il-parti tad-dħul assenjat għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.
(5) Jekk il-parti tad-dħul assenjat tal-Fond taz-Zokkor għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 02 16 02.
Note:Nomenklatura 2009 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.