30.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 26/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

(2009/82/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri fil-11 ta' Ġunju 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/628/KE (2).

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2007.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (3), huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Settembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 40.

(3)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 42.