29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2009

li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali

(2009/76/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/19 tal-5 ta' Diċembru 2008 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja 2008. Hu għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda li KPMG jinħatru bħala l-awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.

(4)

Huwa opportun li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(15) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“15.   KPMG huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU C 322, 17.12.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.