28.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 24/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida għall-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8040)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/73/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(1) u 24(3) tagħha,

Billi:

(1)

Monitoraġġ u rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż li jsiru b’mod sħiħ, konsistenti u preċiż skond il-linji gwida stipulati f’din id-Deċiżjoni huma fundamentali għat-tħaddim tal-iskema ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (EU ETS) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stallazzjonijiet inklużi fl-EU ETS skond l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ N2O tagħhom.

(2)

Il-linji gwida ta’ monitoraġġ u rapportaġġ iddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma jkoprux l-emissjonijiet tal-N2O.

(3)

L-Olanda applikat biex tinkludi l-emissjonijiet tal-N2O minn impjanti tal-aċidu nitriku fl-EU ETS għall-perjodu 2008-2012.

(4)

Għalhekk, għandhom jiżdiedu linji gwida speċifiċi għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ N2O permezz ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet.

(5)

Il-potenzjal għal tisħin globali ta’ tunnellata ta’ N2O għal emissjonijiet rilaxxati matul il-perjodu 2008-2012 għandu jiġi kkunsidrat bħala l-ekwivalenti ta’ 310 tunnellata ta’ ossidu tal-karbonju, li huwa l-valur pprovdut fit-Tieni Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (il-valur ta’ GWP tal-IPCC, 1995). Dan il-valur għandu jintuża sabiex ikun hemm konsistenza assoluta bejn ir-rapporti minn stallazzjonijiet u minn Stati Membri li jkunu qed jirrappurtaw l-inventarji nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet skond il-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta’ Kjoto.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/589/KE għandha tiġi emendata skond dan,

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni 2007/589/KE

Id-Deċiżjoni 2007/589/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u tal-attivitajiet inklużi skond l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma ddefiniti fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.”

(2)

Fit-Tabella tal-Annessi, għandha tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“Anness XIII:

Linji gwida speċifiċi għal attività partikolari għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ossidu nitruż (N2O) mill-produzzjoni ta’ aċidu nitriku, aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku.”

(3)

L-Anness I għandu jkun emendat kif stipulat fil-Parti A tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(4)

L-Anness XIII għandu jiżdied kif stipulat fil-Parti B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.


ANNESS

A.

A. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

1)

It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

il-parti preliminari għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness u tal-Annessi II sa XIII għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.”

(b)

fil-paragrafu 1, il-punt (g) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

‘livell’ tfisser element speċifiku ta’ metodoloġija biex tkun iddeterminata d-dejta dwar attività, il-fatturi tal-emissjonijiet, l-emissjonijiet fis-sena, il-medja ta’ emissjonijiet fis-siegħa fis-sena u l-fatturi ta’ ossidazzjoni jew konverżjoni;”.

2)

Fit-Taqsima 3, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

Kompletezza. Għal stallazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportaġġ għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha minn proċessi u kombustjoni, mis-sorsi ta’ emissjonijiet u l-flussi kollha li jappartjenu għall-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u l-attivitajiet l-oħrajn rilevanti inklużi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva u tal-gassijiet serra kollha li ġew speċifikati relatati ma’ dawk l-attivitajiet filwaqt li jkun evitat għadd doppju.”

3)

It-Taqsima 4.3 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (g) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

evidenza li turi konformità mal-limiti ta’ inċertezza għal dejta dwar attività u l-parametri l-oħrajn (fejn applikabbli) għal-livelli applikati għal kull fluss minn sors u/jew sors ta’ emissjoni;”

(b)

il-punt (m) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(m)

deskrizzjoni tal-proċeduri għall-akkwist ta’ dejta, għall-attivitajiet ta’ tħaddim u l-attivitajiet ta’ kontroll kif ukoll deskrizzjoni tal-attivitajiet (ara t-Taqsima 10.1-3 u l-Anness XIII, it-Taqsima 8);”.

4)

It-Taqsima 6 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 6.1, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kif stipulat fit-Taqsima 4.2, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu jiġu ddeterminati permezz ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl li tuża sistemi ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet (CEMS) mis-sorsi ta’ emissjonijiet kollha jew minn dawk magħżula billi jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati ladarba l-operatur ikun irċieva approvazzjoni mill-awtorità kompetenti qabel il-perjodu ta’ rapportaġġ li l-użu tas-CEMS jilħaq preċiżjoni akbar mill-kalkolu tal-emissjonijiet li juża l-metodu tal-livell l-aktar preċiż. Il-metodi speċifiċi għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl huma stipulati fl-Anness XII u XIII. Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni dwar l-istallazzjonijiet li japplikaw is-CEMS bħala parti mis-sistema ta’ monitoraġġ tagħhom.”

(b)

It-Taqsima 6.2 hija emendata kif ġej:

(i)

l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-operatur ta’ stallazzjoni għandu juża l-ogħla livelli stipulati fl-Annessi XII u XIII, għal kull sors ta’ emissjonijiet li huwa elenkat fil-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li għalih l-emissjonijiet rilevanti tal-gassijiet serra jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni tas-CEMS.”;

(ii)

it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-perjodi ta’ rapportaġġ 2008-2012 bħala minimu għandhom jiġu applikati l-livell 2 fl-Anness XII għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-livelli minimi ddefiniti fl-Anness XIII għall-emissjonijiet tal-N2O għajr jekk dan ma jkunx teknikament possibbli.”;

(ċ)

It-Taqsima 6.3 hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)   Rati ta’ teħid ta’ kampjuni

Il-medji ta’ kull siegħa (siegħa valida ta’ dejta) għandhom jiġu kkalkulati għall-elementi kollha tad-determinazzjoni tal-emissjoni (kif applikabbli) – kif stipulat fl-Anness XII u XIII – billi jintużaw il-punti ta’ dejta kollha li jkun hemm disponibbli għal dik is-siegħa speċifika. F’każ ta’ tagħmir li ma jkunx taħt kontroll jew ma jkunx qiegħed jitħaddem għal parti minn dik is-siegħa, il-medja fis-siegħa għandha tkun ikkalkulata pro rata għall-punti ta’ dejta li jkun għad fadal għal dik is-siegħa speċifika. F’każ li siegħa valida ta’ dejta ma tkunx tista’ tiġi kkalkulata għal element ta’ determinazzjoni tal-emissjoni, minħabba li inqas minn 50 % tal-għadd massimu ta’ punti ta’ dejta fis-siegħa ikunu disponibbli, is-siegħa tintilef. Għal kull każ fejn siegħa valida ta’ dejta ma tkunx tista’ tiġi kkalkulata, għandhom jiġu kkalkulati l-valuri ta’ sostituzzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.”;

(ii)

il-parti preliminari tal-ewwel paragrafu tal-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“B’mod parallel għad-determinazzjoni tal-emissjoni permezz ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl skont l-Annessi XII u XIII, l-emissjonijiet fis-sena ta’ kull GHG meqjus għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ kalkolu bbażat fuq waħda mill-għażliet li ġejjin:”

(iii)

ir-raba’ paragrafu tal-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Fejn paragun mar-riżultati tal-metodu tal-kalkolu jindika b’mod ċar li r-riżultati tal-metodu tal-kejl mhumiex validi, l-operatur għandu juża l-valuri ta’ sostituzzjoni kif ġie deskritt f’din it-Taqsima (eskluż il-monitoraġġ skont l-Anness XIII).”.

5)

Fit-Taqsima 7.2, il-parti preliminari tal-ewwel paragrafu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Kif stipulat fit-Taqsima 4.2, operatur jista’ jiġġustifika l-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl jekk b’mod affidabbli tirriżulta f’livell aktar baxx ta’ inċertezza mill-metodoloġija rilevanti bbażata fuq kalkolu (qabbel mat-Taqsima 4.2) jew jeħtieġ li juża metodu bbażat fuq kejl skont l-Anness XIII. Sabiex din il-ġustifikazzjoni tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jirrapporta r-riżultati kwantitattivi ta’ analiżi tal-inċertezzi aktar komprensiva li tikkunsidra s-sorsi ta’ inċertezza li ġejjin billi jitqies l-EN 14181:”

6)

Fit-Taqsima 8, l-għaxar paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-emissjonijiet għandhom jiġu rrappurtati bħala tunnellati mqarrba lejn l-eqreb tunnellata ta’ CO2 jew CO2(e) (pereżempju 1 245 978 tunnellata). Id-dejta dwar attività, il-fatturi tal-emissjonijiet u l-fatturi ta’ ossidazzjoni jew ta’ konverżjoni għandhom jitqarrbu lejn l-eqreb numru sħiħ biex jinkludu biss ċifri sinifikanti kemm għall-kalkolu tal-emissjonijiet kif ukoll għal skopijiet ta’ rapportaġġ.”

7)

It-Taqsima 13.5 hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“13.5.   

REKWIŻITI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PROPRJETAJIET TA’ FJUWIL U MATERJALI, U KEJL KONTINWU TA’ EMISSJONIJIET”.

(b)

It-Taqsima 13.5.1 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“13.5.1.   UŻU TA’ LABORATORJI AKKREDITATI

Il-laboratorju (inklużi l-fornituri ta’ servizzi oħrajn) użat biex jiddetermina l-fattur tal-emissjonijiet, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-kontenut ta’ karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa jew id-dejta ta’ kompożizzjoni għandu jkun akkreditat skont l-EN ISO 17025:2005 (‘Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni’”).

8)

Fit-Taqsima 14 tiddaħħal it-tabella li ġejj

“14.7   RAPPORTAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET N2O GĦALL-IMPJANTI TAL-AĊIDU NITRIKU, L-AĊIDU ADIPIKU, IL-KAPROLAKTAM, IL-GLIJOSSAL U L-AĊIDU GLIJOSSILIKU.

Emissjonijiet tal-attivitajiet fl-Anness I – aċidu nitriku, aċidu adipiku eċċ.

Kategoriji

Emissjonijiet mill-Proċessi tal-Kategorija CRF tal-IPCC

Kodiċi tal-IPPC tal-Kategorija EPRTR

Il-metodu ta’ monitoraġġ u l-livell applikat

Livelli mibdula?

Iva/Le

Ir-rata tal-produzzjoni t/sena u t/siegħa

Inċertezza tal-fluss ta’ gass fit-tubu (medja fis-siegħa fis-sena jew total fis-sena)

%

Inċertezza tal-konċentrazzjoni ta’ (medja fis-siegħa fis-sena jew total fis-sena)

%

Inċertezza totali tal-emissjonijiet fis-sena (jekk meħtieġa)

%

Inċertezza tal-medja ta’ emissjonijiet fis-siegħa fis-sena fis-sena

%

Emissjoni

t/sena

Medja ta’ emissjonijiet fis-siegħa fis-sena

(kg/siegħa)

Il-GWP applikat

Emissjonijiet

tCO2(e) u CO2/sena

Attivitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet totali f’tCO2(e) u tCO2 kull sena”

 

 

B.

Għandu jiżdied l-Anness XIII li ġej:

“L-ANNESS XIII

Linji gwida speċifiċi għal attività partikolari għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ossidu nitruż (N2O) mill-produzzjoni ta’ aċidu nitriku, aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku

1.   LIMITAZZJONIJIET U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attività partikolari li jinsabu f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku fi stallazzjonijiet rilevanti inklużi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Għal kull attività li minnha jkun hemm emissjonijiet tal-N2O, is-sorsi kollha li jirrilaxxaw N2O minn proċessi ta’ produzzjoni għandhom ikunu koperti, inkluż fejn l-emissjonijiet ta’ N2O minn produzzjoni jiġu inkanalati minn ġo kwalunkwe tagħmir li jnaqqashom. Dan jinkludi:

il-produzzjoni ta’ aċidu nitriku – emissjonijiet tal-N2O mill-ossidazzjoni katalitika tal-ammonja u/jew mill-unitajiet ta’ tnaqqis tal-NOx/N2O;

il-produzzjoni ta’ aċidu adipiku - emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjoni ta’ ossidazzjoni, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll ta’ emissjonijiet;

il-produzzjoni tal-glijossal u l-aċidu glijossiliku – emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjonijiet tal-proċessi, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

il-produzzjoni tal-kaprolaktam – emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjonijiet tal-proċessi, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikaw għall-ebda emissjoni tal-N2O minn kombustjoni ta’ fjuwils.

Kwalunkwe emissjoni rilevanti ta’ CO2 assoċjata direttament mal-proċess ta’ produzzjoni (u li mhijiex diġà koperta mill-EU ETS) li hija diġà inkluża fil-permess tal-emissjoni tal-gassijiet serra tal-istallazzjoni għandha tiġi mmonitorjata skont dawn il-Linji gwida.

L-Anness I, it-Taqsima 16 ma tapplikax għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet N2O.

2.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET CO2(e) u N2O

2.1.   EMISSJONIJIET TA’ N2O FIS-SENA

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku għandhom jitkejlu permezz ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet (bl-esklużjoni ta’ sorsi de minimis – it-Taqsima 6.3).

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet għal emissjonijiet imnaqqsa u l-metodu ta’ kalkolu (ibbażat fuq metodu ta’ miżien tal-piż (it-Taqsima 2.6)) għal okkorrenzi temporanji ta’ emissjonijiet imnaqqsa.

It-total fis-sena ta’ emissjonijiet ta’ N2O mill-istallazzjoni huwa l-għadd tal-emissjonijiet fis-sena ta’ N2O mis-sorsi kollha tagħha ta’ emissjonijiet.

Għal kull sors ta’ emissjonijiet fejn jiġi applikat il-metodu ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet, l-emissjonijiet totali fis-sena huma l-għadd tal-emissjonijiet kollha fis-siegħa bl-użu ta’ din il-formula:

Formula

Fejn:

emissjonijiet ta’ N2Ofis-sena

=

emissjonijiet totali ta’ N2O fis-sena mis-sors tal-emissjonijiet f’tunellati ta’ N2O

N2O konċ konċ fis-siegħa

=

konċentrazzjonijiet ta’ N2O fis-siegħa f’mg/Nm3 fil-fluss ta’ gass fit-tubu mkejla waqt it-tħaddim

Fluss ta’ gass fit-tubu

=

il-fluss ta’ gass fit-tubu kif ikkalkulat hawn taħt f’Nm3/siegħa għal kull konċentrazzjoni f’kull siegħa

2.2.   EMISSJONIJIET TA’ N2O FIS-SIEGĦA

Il-medja fis-sena ta’ emissjonijiet ta’ N2O fis-siegħa għal kull sors fejn jiġi applikat il-metodu ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet għandha tiġi kkalkulata bil-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

emissjonijiet ta’ N2O medja fis-siegħa

=

medja ta’ emissjonijiet ta’ N2O fis-siegħa fis-sena f’kg/siegħa mis-sors

konċentrazzjoni ta’ N2O fis-siegħa

=

konċentrazzjonijiet ta’ N2O fis-siegħa f’mg/Nm3 fil-fluss ta’ gass fit-tubu mkejla waqt it-tħaddim

Fluss ta’ gass fit-tubu

=

il-fluss ta’ gass fit-tubu kif ikkalkulat hawn taħt f’Nm3/siegħa għal kull konċentrazzjoni f’kull siegħa

L-inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena għal kull sors ta’ emissjonijiet ma għandhiex taqbeż il-valuri tal-livelli ddefiniti hawn taħt. Il-metodu bbażat fuq l-ogħla livell għandu jintuża mill-operaturi kollha. F’każ biss li jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-metodu bbażat fuq l-ogħla livell mhuwiex teknikament vijabbli jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, jista’ jintuża l-livell aktar baxx li jmiss. Għall-perjodu ta’ rapportaġġ 2008-2012 bħala minimu għandu jiġi applikat il-Livell 2 għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli.

F’każijiet fejn l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-livell 1 għal kull sors ta’ emissjonijiet mhijiex teknikament vijabbli jew twassal għal spejjeż għoljin wisq (għajr sorsi de minimis), l-operatur għandu japplika u juri konformità mal-livell xieraq għall-emissjonijiet totali fis-sena għas-sors tal-emissjonijiet imsemmi fit-Taqsima 2, l-Anness XII. Għall-perjodu ta’ rapportaġġ 2008-2012 ir-rekwiżit minimu huwa l-Livell 2, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli. L-istallazzjonijiet rispettivi li japplikaw dan il-metodu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummisjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Livell 1:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn 10 %.

Il-Livell 2:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn 7.5 %.

Il-Livell 3:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn ± 5 %.

2.3.   KONĊENTRAZZJONIJIET TA’ N2O FIS-SIEGĦA

Il-konċentrazzjonijiet tal-N2O fis-siegħa [mg/Nm3] fil-gass fit-tubu minn kull sors ta’ emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati b’kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv, wara li jkunu għaddew mit-tagħmir li jnaqqashom (jekk jintuża tali tagħmir).

Tekniki ta’ kejl adegwati jinkludu l-Ispektroskopija IR, iżda jistgħu jintużaw oħrajn skont il-paragrafu 2 tat-Taqsima 6.1 tal-Anness I, basta jilħqu l-livell ta’ inċertezza meħtieġ għall-emissjonijiet tal-N2O. It-tekniki li jintużaw għandu jkollhom il-kapaċità li jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta’ N2O ta’ kull sors ta’ emissjonijiet f’kundizzjonijiet fejn ikun intuża tagħmir ta’ tnaqqis u wkoll meta tali tagħmir ma jkunx intuża (pereżempju f’perjodi meta t-tagħmir ta’ tnaqqis ikun bil-ħsara u l-konċentrazzjonijiet jiżdiedu). Jekk l-inċertezzi jiżdiedu matul tali perjodi, dawn għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.4.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-FLUSS TA’ GASS FIT-TUBU

Il-metodi għall-monitoraġġ tal-fluss ta’ gass fit-tubu ddefiniti fl-Anness XII għandhom jintużaw għall-kejl tal-fluss ta’ gass fit-tubu għal skopijiet ta’ monitoraġġ ta’ emissjonijiet ta’ N2O.

Għall-produzzjoni tal-aċidu nitriku, għandu jiġi applikat il-metodu A għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli, f’liema każ jista’ jintuża metodu alternattiv, bħal pereżempju metodu li juża miżien tal-piż ibbażat fuq parametri sinifikanti (bħal pereżempju l-piż tal-input ta’ ammonja) jew id-determinazzjoni tal-fluss b’kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet, basta tali metodu jkun approvat mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoliġija tal-monitoraġġ inkluża fih.

Għal attivitajiet oħrajn, jistgħu jintużaw metodi oħrajn għall-monitoraġġ tal-fluss ta’ gass fit-tubu deskritti fl-Anness XII, basta jkunu approvati mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija tal-monitoraġġ inkluża fih.

Il-Metodu A – Il-produzzjoni tal-Aċidu Nitriku

Il-fluss ta’ gass fit-tubu għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

Varja

=

fluss totali ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

O2 arja

=

il-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fl-arja niexfa [= 0.2095];

O2 gass fit-tubu

=

il-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fil-gass fit-tubu.

Il-Varja għandu jiġi kkalkulat bħala l-għadd tal-flussi kollha ta’ arja li jidħlu fl-unità ta’ produzzjoni tal-aċidu nitriku.

L-istallazzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja, sakemm fil-pjan ta’ monitoraġġ tagħha ma jkunx speċifikat mod ieħor:

Varja = Vprimarju + Vsekondarju + Vsiġill

Fejn:

Vprimarju

=

Fluss primarju ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Vsekondarju

=

Fluss sekondarju ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Vsiġill

=

Fluss ta’ arja ta’ input fis-siġill f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Il-Vprimarju jiġi ddeterminat b’kejl kontinwu ta’ fluss qabel ma jsir it-taħlit mal-ammonja. Il-Vsekondarju jiġi ddeterminat b’kejl kontinwu ta’ fluss pereżempju qabel l-unità tal-irkupru tas-sħana. Il-Vsiġill huwa il-fluss ta’ arja mnaddaf fil-proċess ta’ produzzjoni tal-aċidu nitriku (jekk ikun rilevanti).

Għal kurrenti ta’ arja ta’ input li flimkien jammontaw għal anqas minn 2,5 % tal-fluss totali tal-arja, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta metodi ta’ kalkolu għad-determinazzjoni ta’ din ir-rata ta’ fluss tal-arja proposta mill-operatur ibbażati fuq l-aqwa prattiki tal-industrija.

L-operatur għandu jipprovdi evidenza permezz ta’ kejliet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim li l-fluss ta’ gass fit-tubu mkejjel huwa omoġenju biżżejjed biex ikun jista’ jintuża l-metodu ta’ kejl propost. Jekk permezz ta’ dawn il-kejliet jiġi kkonfermat fluss li mhuwiex omoġenju, dan għandu jitqies waqt id-determinazzjoni ta’ metodi xierqa ta’ monitoraġġ u meta tiġi kkalkulata l-inċertezza fl-emissjonijiet tal-N2O.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.5.   L-OSSIĠNU (O2)

Il-konċentrazzjonijiet ta’ ossiġnu fil-gass fit-tubu għandhom jitkejlu jekk ikunu meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-fluss tal-gass fit-tubu skont it-Taqsima 2.4. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-kejliet tal-konċentrazzjonijiet fit-Taqsima 6 tal-Anness I. Tekniki ta’ kejl adegwati jinkludu: pressjoni paramanjetika li talterna, miżien manjetiku tal-liwi u sonda tad-diossidu taż-żirkonju. L-inċertezza tal-kejliet tal-konċentrazzjonijiet tal-O2 għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-inċertezza tal-emissjonijiet tal-N2O.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.6.   KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-N2O

Għal emissjonijiet mhux imnaqqsa, speċifiċi u perjodiċi, ta’ N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku (bħal pereżempju emissjonijiet mhux imnaqqsa miċ-ċirkolazzjoni għal raġunijiet ta’ sikurezza u/jew meta l-impjant ta’ tnaqqis ikun bil-ħsara) fejn il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet tal-N2O mhuwiex teknikament vijabbli, il-kalkolu tal-emissjonijiet tal-N2O jista’ jiġi applikat permezz ta’ miżien tal-piż. Il-metodu ta’ kalkolu għandu jiġi bbażat fuq ir-rata massima ta’ emissjonijiet potenzjali ta’ N2O mir-reazzjoni kimika li sseħħ fil-perjodu u l-waqt tal-emissjonijiet. Il-metodu ta’ kalkolu speċifiku għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija ta’ monitoraġġ inkluża fih.

L-inċertezza fi kwalunkwe emissjoni kkalkulata għal sors ta’ emissjonijiet speċifiku għandha titqies fid-determinazzjoni tal-medja tal-inċertezza fis-siegħa fis-sena għas-sors tal-emissjonijiet. Għall-emissjonijiet ikkalkulati jew fejn tintuża kombinazzjoni ta’ kalkolu u kejl kontinwu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-N2O għandhom jiġu applikati l-istess livelli li jintużaw għall-emissjonijiet imkejla totalment b’kejl kontinwu ta’ emissjonijiet.

3.   KALKOLU TA’ EKWIVALENTI TA’ CO2 (CO2(e)) FIS-SENA

It-total tal-emissjonijiet tal-N2O fis-sena mis-sorsi kollha tal-emissjonijiet (imkejla f’tunnellati sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) għandhom jitbiddlu f’emissjonijiet ta’ CO2(e) fis-sena (imqarrba lejn l-eqreb tunnellata) permezz tal-formula li ġejja:

Formula

Għall-emissjonijiet matul il-perjodu 2008-12, għandu jintuża l-Potenzjal għat-Tisħin Globali GWPN2O = 310 t CO2(e)/t N2O, li huwa l-valur pprovdut fit-Tieni Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (il-valur GWP tal-IPCC, 1995).

L-ammont totali ta’ CO2(e) iġġenerat mis-sorsi kollha tal-emissjonijiet u kwalunkwe emissjoni diretta ta’ CO2 minn sorsi oħrajn ta’ emissjonijiet (jekk ikunu inklużi fil-permess tal-gassijiet serra) għandu jiżdied mat-total tal-emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena ġġenerat mill-istallazzjoni u għandu jintuża għar-rappurtaġġ u ċ-ċediment tal-kwoti.

4.   DETERMINAZZJONI TAR-RATI TA’ ATTIVITÀ TAL-PRODUZZJONI

Ir-rati tal-produzzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta’ rapporti tal-produzzjoni u s-sigħat ta’ tħaddim kuljum.

5.   PJAN TA’ MONITORAĠĠ

Minbarra r-rekwiżiti ddefiniti fl-Anness I, it-Taqsima 4.3 (a), (b), (c), (d), (j), (k), (m) u (n), il-pjanijiet ta’ monitoraġġ għal stallazzjonijiet koperti b’dan l-Anness għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a)

il-punti kollha rilevanti ta’ emissjonijiet matul operazzjoni tipika, u matul fażijiet limitati u ta’ tranżizzjoni (eż. perjodi ta’ ħsara jew fażijiet ta’ kummissjunar) murija fuq dijagramma ta’ proċess;

(b)

il-metodu u l-parametri li jintużaw biex jiġu ddeterminati l-kwantità ta’ materjali (eż. l-ammonja) użati fil-proċess tal-produzzjoni u l-kwantità massima ta’ materjal li jintuża skont il-kapaċità sħiħa tal-istallazzjoni;

(ċ)

il-metodu u l-parametri użati biex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ prodott immanifatturat bħala piż fis-siegħa, espress bħala aċidu nitriku (100 %), aċidu adipiku (100 %), glijossal u aċidu glijossiliku u kaprolaktam fis-siegħa rispettivament;

(d)

il-metodu u l-parametri użati biex jiġu ddeterminati l-konċentrazzjoni ta’ N2O fil-gass fit-tubu minn kull sors ta’ emissjoni, il-firxa ta’ operazzjoni tagħha, l-inċertezza tagħha, u dettalji dwar kwalunkwe metodu alternattiv li għandu jiġi applikat jekk il-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux fil-firxa tal-operazzjoni u s-sitwazzjonijiet meta dan jista’ jseħħ;

(e)

il-metodu użat biex jiġu ddeterminati r-rata totali tal-fluss ta’ gass fit-tubu (espressa f’Nm3 fis-siegħa) minn kull sors ta’ emissjonijiet, il-firxa ta’ operazzjoni tagħha u l-inċertezza. Jekk ikunu dderivati permezz ta’ kalkolu, għandhom jingħataw id-dettalji għal kull fluss ta’ gass fit-tubu mmonitorjat;

(f)

il-metodu ta’ kalkolu użat biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O minn sorsi perjodiċi, mhux imnaqqsa ta’ produzzjoni ta’ aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku;

(g)

il-mod kif u sa liema livell topera l-istallazzjoni b’piżijiet varjabbli, u l-mod kif titwettaq il-ġestjoni operazzjonali;

(h)

il-metodu u kwalunkwe formula ta’ kalkolu li jintużaw biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O fis-sena minn kull sors ta’ emissjonijiet;

(i)

il-kundizzjonijiet tal-proċess li jiddevjaw minn operazzjonijiet normali, indikazzjoni tal-frekwenza potenzjali u d-dewma ta’ tali kundizzjonijiet, kif ukoll indikazzjoni tal-volum ta’ emissjonijiet ta’ N2O waqt il-kundizzjonijiet li jiddevjaw mill-proċess (bħal pereżempju ħsara fit-tagħmir);

(j)

il-valutazzjoni użata biex turi l-konformità mar-rekwiżiti ta’ inċertezza tal-livell imsemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness u l-livell milħuq;

(k)

il-valur espress f’kg/N2O fis-siegħa li jkun ġie ddeterminat skont l-Anness I it-Taqsimiet 6.3 a) u b) biex jintuża f’każ li t-tagħmir ta’ kejl ikun bil-ħsara jew ma jaħdimx kif suppost,

(l)

Dettalji ta’ kwalunkwe devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-istandards ġenerali bħal pereżempju l-EN14181 u l-ISO 14956:2002;

Minbarra r-rekwiżiti fl-Anness I, it-Taqsima 4.3, bidla sostanzjali fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ bħala parti mill-pjan ta’ monitoraġġ għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk tikkonċerna:

bidliet sinifikanti fil-mod kif tiffunzjona l-istallazzjoni li jaffettwaw il-livell totali ta’ emissjonijiet ta’ N2O, il-konċentrazzjoni ta’ N2O, ir-rata tal-fluss jew parametri oħrajn tal-gass fit-tubu, speċjalment jekk jiġu installati jew ssostitwiti miżuri ta’ tnaqqis;

idliet fil-metodi użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O, inklużi bidliet fil-kejl kontinwu tal-konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet tal-ossiġnu u l-fluss ta’ gass fit-tubu, jew il-metodu ta’ kalkolu li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-inċertezza totali tal-emissjonijiet;

bidliet fil-parametri użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u/jew il-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku fis-sena;

bidliet fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

6.   ĠENERALI

6.1.   RATA TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI

Medji fis-siegħa validi għandhom jiġu kkalkulati skont it-Taqsima 6.3 (a) tal-Anness I:

għall-konċentrazzjoni tal-N2O fil-gass fit-tubu;

għall-fluss totali ta’ gass fit-tubu fejn dan jitkejjel direttament u fejn huwa meħtieġ;

għall-flussi tal-gassijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-ossiġnu kollha meħtieġa biex jiġi ddeterminat b’mod indirett il-fluss totali tal-gass fit-tubu.

6.2.   DEJTA NIEQSA

Dejta nieqsa għandha titqies skont l-Anness I it-Taqsima 6.3 (a) u (b). Jekk ikun hemm dejta nieqsa minħabba ħsara fit-tagħmir tat-tnaqqis, wieħed għandu jassumi li l-emissjonijiet matul dik is-siegħa partikolari kollha ma kinux imnaqqsa u għandhom jiġu kkalkulati valuri ta’ sostituzzjoni skont dan.

L-operatur għandu jieħu kull pass prattiku meħtieġ biex jiżgura li t-tagħmir ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ma jdumx bil-ħsara għal aktar minn ġimgħa fi kwalunkwe sena kalendarja. Jekk dan iseħħ, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih.

6.3.   SORSI DE MINIMIS TA’ N2O

“Flussi minn sorsi de minimis” għal sorsi ta’ emissjonijiet ta’ N2O tfisser fluss wieħed jew aktar minuri, mhux imnaqqsa minn sors, magħżul/a mill-operatur u li flimkien jirrilaxxaw 1 000 tunnellata ta’ CO2(e) jew anqas fis-sena, jew li jirrilaxxaw anqas minn 20 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena u jikkontribwixxu għal anqas minn 2 % tal-emissjonijiet totali ta’ CO2(e) ta’ dik l-istallazzjoni.

Soġġett għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ japplika metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ billi juża l-kalkolu tiegħu mingħajr l-użu ta’ livelli għal kurrenti minn sorsi de minimis ta’ N2O.

6.4.   KALKOLU KORROBORATTIV TAL-EMISSJONIJIET

L-Anness I it-Taqsima 6.3(c) għandu japplika għal emissjonijiet ta’ N2O korroborattivi rrappurtati (minn kejl u kalkolu ta’ emissjonijiet kontinwi) u mwettqa bl-użu ta’ dejta tal-produzzjoni, il-Linji gwida tal-IPCC, 2006 u l-metodu speċifikat fl-Anness I, it-Taqsima 10.3.3. “Metodu orizzontali”.

7.   IL-VALUTAZZJONIJIET TAL-INĊERTEZZA

Il-valutazzjonijiet tal-inċertezza meħtieġa biex juru konformità mal-livelli rilevanti fit-Taqsima 2 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ kalkolu ta’ propagazzjoni tal-iżbalji li jqis l-inċertezza tal-elementi kollha tal-kalkolu tal-emissjonijiet. Għall-kejl kontinwu s-sorsi ta’ inċertezza li ġejjin għandhom jiġu vvalutati skont l-EN 14181 u l-ISO 14956:2002:

l-inċertezza speċifikata ta’ tagħmir ta’ kejl kontinwu inklużi l-kampjuni;

l-inċertezzi assoċjati mal-kalibrazzjoni, u

inċertezza addizzjonali relatata ma’ kif it-tagħmir ta’ monitoraġġ qed jintuża fil-prattika.

Għall-kalkolu tal-inċertezza totali li għandha tintuża fit-Taqsima 2.2, għandhom jintużaw il-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ddeterminati skont it-Taqsima 2.3. Għall-iskop tal-kalkolu tal-inċertezza biss, konċentrazzjonijiet ta’ N2O taħt 20 mg/Nm3 għandhom jiġu ssostitwiti b’valur awtomatiku ta’ 20 mg/Nm3.

L-operatur, permezz tal-proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll, għandu jamministra u jnaqqas il-bqija tal-inċertezzi tad-dejta tal-emissjonijiet fir-rapport tiegħu tal-emissjonijiet. Matul il-proċess ta’ verifika, il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija tal-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u ta’ kontroll tal-operatur.

8.   KONTROLL U VERIFIKA

8.1.   KONTROLL

Minbarra r-rekwiżiti fl-Anness I it-Taqsimiet 10.1, 10.2 u 10.3, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li ġejjin:

l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-N2O u l-ossiġnu għandha titwettaq skont l-EN 14181;

it-tagħmir ta’ kejl installat għandu jiġi kkalibrat permezz ta’ kejliet paralleli darba kull tliet xhur;

fejn il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet (ELVs) jintużaw tipikament bħala l-bażi tal-kalibrazzjoni tal-monitoraġġi kontinwi ta’ emissjonijiet, u fejn ma jeżisti l-ebda ELV għall-N2O jew l-O2, għandha tintuża il-medja tal-konċentrazzjoni fis-siegħa fis-sena biex tissostitwixxi l-ELVs ta’ dan it-tip;

il-QAL 2 għandu jsir ma’ gassijiet ta’ referenza adegwati minbarra mal-gass li jkun qed jintuża bħala kampjun, biex tkun żgurata valutazzjoni ta’ firxa ta’ kalibrazzjoni wiesgħa biżżejjed;

it-tagħmir ta’ kejl li jkejjel il-volum tal-fluss ta’ gass fit-tubu għandu jiġi kkalibrat kull sena jew meta l-impjant issirlu l-manutenzjoni, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Il-kwalità tal-assigurazzjoni tal-volum tal-fluss ta’ gass fit-tubu ma hemmx bżonn li titwettaq skont l-EN 14181;

jekk verifiki interni jsibu nuqqas ta’ konformità mal-EN 14181 jew li għandha ssir kalibrazzjoni mill-ġdid, dan għandu jiġi rrappurtat lill-awtorità kompetenti mingħajr l-ebda dewmien.

8.2.   VERIFIKA

Minbarra r-rekwiżiti ta’ verifika ddefiniti fit-Taqsima 10.4, għandhom jiġu ċċekkjati dawn li ġejjin:

il-korrettezza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsimiet 7 u 8.1 ta’ dan l-Anness;

metodi ta’ kalkoli u riżultati fejn dejta nieqsa ġiet issostitwita b’valuri kkalkulati.

kredibbiltà tal-valuri ta’ sostituzzjoni kkalkulati u l-valuri mkejla;

kwalunkwe valutazzjoni komparattiva li tikkorrobora r-riżultati tal-emissjonijiet u l-metodi bbażati fuq il-kalkoli u r-rapportaġġ ta’ dejta dwar attività, fatturi ta’ emissjonijiet u affarijiet simili.

9.   RAPPURTAĠĠ

L-emissjonijiet totali ta’ N2O fis-sena għandhom jiġu rrappurtati f’tunnellati sa tliet ċifri wara l-punt deċimali u bħala CO2(e) imqarrba lejn l-eqreb tunnellata.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ rapportaġġ iddefiniti fit-Taqsima 8 tal-Anness I l-operaturi ta’ stallazzjonijiet koperti b’dan l-Anness għandhom jirrapurtaw it-tagħrif li ġej għall-istallazzjonijiet tagħhom:

(a)

il-ħin ta’ tħaddim tal-unità tal-ipproċessar u l-ħin totali ta’ tħaddim tal-impjant fis-sena;

(b)

id-dejta tal-produzzjoni għal kull unità u l-metodu użat biex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ prodott;

(ċ)

il-kriterji ta’ kejl użati fil-kwantifikazzjoni ta’ kull parametru;

(d)

l-inċertezza għal kull parametru mkejjel u kkalkulat (inklużi l-konċentrazzjonijiet tal-gass, il-fluss ta’ gass fit-tubu, l-emissjonijiet ikkalkulati) u l-inċertezza totali tal-piż fis-siegħa li tirriżulta u/jew iċ-ċifra tal-emissjonijiet fis-sena.

(e)

id-dettalji ta’ kwalunkwe ħsara fit-tagħmir li affettwat il-kejl tal-emissjonijiet u l-fluss tal-emissjonijiet/ta’ gass fit-tubu, inkluż l-għadd ta’ drabi, is-sigħat affettwati, id-dewma u d-dati ta’ meta kien hemm il-ħsarat.

(f)

id-dettalji dwar meta kien hemm il-ħtieġa li tiġi applikata t-Taqsima 6.2 ta’ dan l-Anness, inklużi l-għadd ta’ drabi, is-sigħat affettwati, il-kalkoli u l-valuri ta’ sostituzzjoni użati;

(g)

id-dejta ta’ input li tintuża fi kwalunkwe valutazzjoni korroborattiva skont l-Anness I, it-Taqsimiet 6.3(c) u 4.3 biex jiġu ċċekkjati l-emissjonijiet ta ’ N2O fis-sena.”