31.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/112 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2006/144/KE dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013)
(2009/61/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill adotta l-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013) bid-Deċiżjoni 2006/144/KE (2) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-linji gwida strateġiċi Komunitarji”). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3) jipprevedi li, bil-għan li jitqiesu t-tibdiliet prinċipali fil-prijoritajiet Komunitarji, il-linji gwida strateġiċi Komunitarji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni. |
(3) |
Fil- valutazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-2003, it-tibdil fil-klima, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-ilma, il-bijodiversità u r-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib kienu identifikati bħala sfidi ġodda kruċjali għall-agrikoltura Ewropea. L-objettivi relatati ma' dawn il-prijoritajiet għandhom jissaħħu fil-programmi tal-iżvilupp rurali approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(4) |
Il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għandhom jidentifikaw dawk l-oqsma li huma importanti għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet Komunitarji riveduti relatati mat-tibdil fil-klima, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-ilma, il-bijodiversità u r-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib. |
(5) |
L-effikaċja tal-operazzjonijiet marbutin mal-prijoritajiet relatati mat-tibdil fil-klima, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-ilma u l-bijodiversità għandha tiżdied bl-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ għall-innovazzjoni jista' b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-objettivi bl-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti u proċessi ġodda. |
(6) |
Abbażi tar-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji, kull Stat Membru għandu jirrevedi l-pjan tal-istrateġija nazzjonali tiegħu bħala l-qafas ta' referenza għar-reviżjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2006/144/KE għandha għalhekk tkun emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-Deċiżjoni 2006/144/KE għandha tiġi emendata skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GANDALOVIČ
(1) Opinjoni tad-19 ta' Novembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.
(3) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
ANNESS
Il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perijodu ta' programmazzjoni 2007- 2013), imniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/144/KE, huma b'dan emendati kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 2, għandu jiżdied il-punt li ġej: “2.5 Nilqgħu l-isfidi l-ġodda Bħala parti mir-reviżjoni tar-riformi introdotti fl-2003, il-bilanċ bejn l-infiq għall-pagamenti diretti taħt l-ewwel pilastru tal-PAK u l-finanzjament tal-politika tal-iżvilupp rurali ġie wkoll ivvalutat. Bil-baġit ġenerali tal-PAK stabbilit sal-2013, finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp rurali jista' jitwettaq biss permezz ta' żieda fil-modulazzjoni obbligatorja. Il-finanzjament addizzjonali huwa meħtieġ sabiex jirrinforza l-isforzi fir-rigward tal-prijoritajiet Komunitarji fil-qasam tat-tibdil fil-klima, tal-enerġija rinnovabbli, tal-ġestjoni tal-ilma, tal-bijodiversità (inkluż l-appoġġ relatat għall-innovazzjoni) u r-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib:
|
(2) |
Fil-Parti 3, għandu jiddaħħal il-punt li ġej: “3.4a. Nindirizzaw l-isfidi l-ġodda Linja gwida strateġika Komunitarja It-tibdil fil-klima, l-enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-ilma, il-bijodiversità (inkluż l-appoġġ relatat għall-innovazzjoni) u r-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib huma sfidi kruċjali għaż-żoni rurali, għall-agrikoltura u għall-forestrija tal-Ewropa. Bħala parti mill-istrateġija globali tal-UE kontra t-tibdil fil-klima, l-agrikoltura u l-forestrija ser jintalbu biex jagħtu kontribut akbar biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra u biex jiżdied l-iżolament tal-karbonju. Iż-żieda tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli mill-bijomassa agrikola u tal-forestrija għandha tgħin ukoll biex jintlaħqu l-miri l-ġodda tal-UE għall-konsum totali ta' karburant u enerġija sal-2020. Ser ikunu essenzjali prattiki ta' ġestjoni tal-ilma aktar sostenibbli fl-agrikoltura biex jiżguraw kwantità u kwalità suffiċjenti tal-ilma għall-futur, u biex isir adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima previsti fuq ir-riżorsi tal-ilma. Barra minn hekk, it-twaqqif tat-tnaqqis tal-bijodiversità jibqa' sfida prinċipali. L-appoġġ għall-innovazzjoni marbut mal-isfidi ġodda msemmijin hawn fuq jista' jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet. Minħabba l-iskadenza tar-reġim tal-kwoti tal-prodotti tal-ħalib, il-ħtieġa għall-istrutturar fl-agrikoltura ser tiżdied. F'dan il-kuntest, il-miżuri tal-iżvilupp rurali ser ikunu mezz ta' akkumpanjament importanti għar-riformi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib. Ir-riżorsi addizzjonali li ser isiru disponibbli sa mill-2010 b'żieda fil-modulazzjoni obbligatorja għandhom ikunu ddedikati biex jirrinforzaw l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, tal-enerġija rinnovabbli, tal-ġestjoni tal-ilma, tal-bijodiversità u r-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib. Sabiex jilħqu dawn il-prijoritajiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jiffokaw l-appoġġ fuq azzjonijiet prinċipali. Azzjonijiet prinċipali bħal dawn jistgħu jinkludu t-tipi ta' operazzjonijiet li ġejja:
|
(1) Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell (8 u 9 ta' Marzu 2007).