15.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 10/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006

dwar l-approvazzjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan

(2009/25/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101,

Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

Għandu jiġi konkluż il-Ftehim għal Kooperazzjoni fl-Użu Paċifiku tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Każakstan.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kummisjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat li jiffirma l-Ftehim u li jieħu l-passi kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni