10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8477)

(it-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2009/11/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika [għall-klassifikazzjoni] ta’ karkassi tal-majjali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha tiġi ddeterminata billi jiġi stmat il-kontenut tad-dgħif permezz ta’ metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ waħda mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal jew aktar. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni. Din it-tolleranza hija ddefinita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 tal-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni [għall-klassifikazzjoni] tal-karkassi tal-majjali (2).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/479/KEE (3) tawtorizza erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (il-metodi msejħin DEST, FOM, HGP u Autofom).

(3)

Minħabba adattamenti tekniċi, Spanja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza l-aġġornament ta’ żewġ metodi (il-FOM u l-Autofom), l-użu ta’ żewġ metodi ġodda (l-UltraFOM 300 u l-VCS2000) u r-revoka ta’ żewġ metodi (l-HGP u d-DEST), u ressqet ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni tagħha fit-tieni parti tal-protokoll li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85 tal-24 ta’ Ottubru 1985.

(4)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma sodisfatti.

(5)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati jipprovdu għall-preżentazzjoni differenti tal-karkassi tal-majjali minn dik speċifikata f’dak l-Artikolu jekk il-prattika kummerċjali jew ir-rekwiżiti tekniċi jkunu jiġġustifikaw din it-tip ta’ deroga. Fi Spanja l-prattika kummerċjali tista’ teħtieġ ukoll it-tneħħija tas-saqajn ta’ quddiem tal-karkassi tal-majjali, minbarra t-tneħħija tal-ilsien, tal-lanżit, tal-qwieqeb, tal-organi ġenitali, tax-xaħam miftuħ, tal-kliewi u tad-dijaframma meħtieġa mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84.

(6)

L-ebda modifika fl-apparat jew fil-metodi ta’ klassifikazzjoni ma tista’ tiġi awtorizzata ħlief permezz ta’ Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata fid-dawl tal-esperjenza miksuba. Għal din ir-raġuni, din l-awtorizzazzjoni tista’ titħassar.

(7)

F’ġieħ iċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 88/479/KEE għandha titħassar u tinbidel b’Deċiżjoni ġdida.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin b’dan huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja skont ir-Regolament (KEE) Nru 3220/84:

(a)

l-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater (FOM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 1 tal-Anness;

(b)

l-apparat imsejjaħ “Fully automatic ultrasonic carcasse grading (AUTOFOM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 2 tal-Anness;

(ċ)

l-apparat imsejjaħ “UltraFOM 300” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 3 tal-Anness;

(d)

l-apparat imsejjaħ “Automatic Vision system (VCS2000)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 4 tal-Anness.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, il-karkassi tal-majjali jistgħu jiġu ppreżentati wkoll mingħajr is-saqajn ta’ quddiem qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati. F’dan il-każ, sabiex jiġu stabbiliti l-kwoti għall-karkassi tal-majjali fuq bażi li tkun tista’ titqabbel, il-piż tagħhom irreġistrat hekk kif ikunu nqatlu għandu jiżdied b’0,840 kilogrammi.

Artikolu 3

Modifiki fl-apparat jew fil-metodi ta’ valutazzjoni m’għandhomx jiġu awtorizzati.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 88/479/KEE għandha titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1.

(2)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39.

(3)  ĠU L 234, 24.8.1988, p. 20.


ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FI SPANJA

Il-parti Nru 1

IL-“FAT-O-MEATER (FOM)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater (FOM)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda li għandha dijametru ta’ sitt millimetri li tinkludi fotodajowd (“photodiode”) tat-tip SFH 950 tad-ditta Siemens u “photodetector” (tat-tip SFH 960) u li jkollha distanza ta’ ħidma ta’ bejn 3 u 103 millimetri. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 66,91 – 0,895 X1 + 0,144 X2

fejn:

Image

=

il-kontenut tad-dgħif stmat fil-karkassa (f’perċentwali);

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 60 mm. ‘l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa (f’millimetri),

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu mkejjel fl-istess ħin u fl-istess post bħal għal X1 (f’millimetri).

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.

Il-parti Nru 2

IL-“FULLY AUTOMATIC ULTRASONIC CARCASSE GRADING (AUTOFOM)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fully automatic ultrasonic carcasse grading (AUTOFOM)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il “transducer” ultrasoniku ta’ 2 MHz (tat-tip SFK 2 NP tad-ditta Krautkrämer) b’distanza ta’ ħidma ta’ 25 millimetru bejniethom.

Id-dejta ultrasonika se tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar u tal-ħxuna tal-muskolu.

Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 34 punt ta’ kejl bl-użu tal-formula li ġejja:

Image = 70,59614 – 0,0904 · V22 – 0,23033 · V23 – 0,15558 · V44 + 0,086638 · V46 – 0,09965 · V48 – 0,10002 · V49 – 0,11624 · V51 – 0,05561 · V52 – 0,04854 · V53 – 0,0432 · V54 – 0,00282 · V55 + 0,051829 · V57 + 0,036795 · V58 – 0,00519 · V59 – 0,0269 · V60 – 0,06432 · V61 – 0,05323 · V62 – 0,05229 · V64 – 0,0523 · V65 + 0,005645 · V72 – 0,06505 · V73 – 0,04587 · V74 + 0,015041 · V77 + 0,030928 · V78 – 0,08024 · V79 – 0,07275 · V80 – 0,07497 · V85 – 0,06818 · V86 – 0,06875 · V87 – 0,04742 · V90 – 0,00698 · V91 + 0,046485 · V92 – 0,10403 · V93 + 0,160475 · V123

fejn:

Image

=

il-kontenut tad-dgħif stmat fil-karkassa,

V22, V23,… V123 huma ċ-ċifri varjabbli mkejla bl-Autofom.

4.

Id-deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u tal-metodu tal-istatistika jinsabu fil-Parti nru 2 tal-Protokoll Spanjol mibgħut lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.

Il-parti Nru 3

L-“ULTRA FOM 200”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “UltraFOM 300”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika bi frekwenza ta’ 4 MHz (tat-tip MB 4 SE tad-ditta Krautkrämer). Is-sinjal ultrasoniku jinqaleb għal wieħed diġitali, u jiġi rreġistrat u pproċessat permezz ta’ mikroproċessur (tat-tip 80 C 32 tad-ditta Intel). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat tal-Ultra-FOM innifsu.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 69,22 – 1,023 X1 + 0,116 X2

fejn:

Image

=

il-kontenut tad-dgħif stmat fil-karkassa (f’perċentwali);

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 70 mm. ‘l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa (f’millimetri);

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu mkejjel fl-istess ħin u fl-istess post bħal għal X1 (f’millimetri).

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.

Il-parti Nru 4

L-“AUTOMATIC VISION SYSTEM (VCS2000)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Automatic Vision system (VCS2000)”.

2.

L-apparat imsejjaħ VCS 2000 huwa sistema għall-ipproċessar tal-immaġni għad-determinazzjoni awtomatika tal-valuri tan-negozju tan-nofsijiet tal-karkassi tal-majjali. Is-sistema tintuża fuq l-Internet fi ħdan is-sistema tal-produzzjoni tal-qtil tal-annimali fejn, permezz ta’ sistema ta’ magna tar-ritratti, in-nofsijiet tal-karkassi jiġu fflimjati b’mod awtomatiku. Id-dejta f’forma ta’ immaġni mbagħad tiġi pproċessata f’kompjuter permezz ta’ softwer speċjali għall-ipproċessar tal-immaġni.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 70 punt ta’ kejl skont il-formula li ġejja:

Image = 37,49855 + 0,017715 · X2 – 0,00075 · X40 – 0,02522 · X50 – 0,04549 · X52 – 0,0000335 · X59 – 0,000093 · X62 – 0,0000814 · X63 – 0,0000715 · X64 – 0,0000494 · X66 – 0,0000482 · X67 – 0,00047 · X69 + 0,000304 · X70 + 0,00867 · X77 – 0,03007 · X79 – 0,04575 · X81 – 0,01742 · X82 – 0,01768 · X83 – 0,03114 · X84 – 0,02549 · X85 – 0,0265 · X92 – 0,03299 · X95 – 0,02472 · X99 – 0,0399 · X102 + 0,020178 · X103 – 0,04614 · X106 + 0,012659 · X107 + 0,012256 · X110 + 0,015358 · X113 – 0,23294 · X116 + 0,010157 · X117 – 0,07282 · X120 + 0,126624 · X142 + 6,052785 · X2/6 – 13,2893 · X14/10 + 7,287408 · X77/51 – 4,09296 · X79/51 – 11,4326 · X81/51 – 1,28847 · X82/51 – 0,57019 · X83/51 – 5,21869 · X84/51 – 2,92106 · X85/51 + 8,274608 · X88/51 + 9,886478 · X91/51 – 0,00442 · X47/79 – 0,04848 · X50/79 + 0,227913 · X54/79 + 2,845209 · X77/79 + 0,018409 · X86/79 – 0,00838 · X89/79 + 0,007447 · X94/79 + 136,5994 · X27/20 + 182,973 · X29/20 – 6,82665 · X59/20 – 261 768 · X61/20 – 7,85416 · X62/20 – 3,8587 · X63/20 – 16,6166 · X64/20 – 59,2087 · X65/20 – 3,21138 · X66/20 – 6,96096 · X67/20 + 20,91982 · X68/20 – 109,736 · X69/20 + 243,641 · X70/20 + 29,84246 · X73/20 + 15,50442 · X74/20 – 0,30367 · X36/59 – 2,07787 · X40/59 – 0,38605 · X42/59 – 1,90547 · X69/59 + 3,554836 · X70/59

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

X2, X40, … X70/59 huma ċ-ċifri varjabbli mkejla bil-VCS2000.

4.

Id-deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u tal-metodu tal-istatistika jinsabu fil-Parti nru 2 tal-Protokoll Spanjol mibgħut lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.