10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi formola għar-rappurtar ta’ aċċidenti kbar skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ [li jinvolvu] sustanzi perikolużi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7530)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/10/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ [li jinvolvu] sustanzi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 22 tad-Direttiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/82/KE jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li, malajr kemm jista’ jkun wara aċċident serju, l-operatur ikun meħtieġ jinforma lill-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva jesiġi li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun dwar aċċidenti serji fit-territorju tagħhom li jissodisfaw il-kriterji tal-Anness VI tad-Direttiva. L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom, malli tkun inġabret l-informazzjoni skond l-Artikolu 14, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-analiżi tagħhom tal-aċċident u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar miżuri preventivi għall-ġejjieni.

(2)

L-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 15(2) għandha tkun ipprovduta permezz ta’ formola ta’ rapport stabbilita u miżmuma għall-evalwazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ [li jinvolvu] sustanzi perikolużi, il-formola għar-rappurtar ta’ aċċidenti kbar stipulata fl-Anness ta’ din id-Direttiva hija b’dan adottata.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti li jkun fihom tagħrif bi qbil mal-Anness, permezz tar-reġistru u s-sistema tal-informazzjoni skond l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 96/82/KE.

Artikolu 3

L-applikazzjoni definittiva tal-formola għall-aċċidenti kbar kif tidher fl-Anness għandha sseħħ wara fażi ta’ prova ta’ 5 xhur, li tibda fl-1 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Jekk il-fażi ta’ prova turi l-ħtieġa li l-formola tal-aċċidenti kbar li tinsab fl-Anness tiġi emendata, din id-deċiżjoni għandha tiġi emendata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22 tad-Direttiva.

Artikolu 5

L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi ttrattata f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, 2001/844/KE (2).

Artikolu 6

Ir-rapporti tal-Istati Membri għandhom ikun fihom biss l-informazzjoni disponibbli għall-Awtoritajiet Kompetenti.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(2)   ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 96/82/KE

(Referenzi għar-reġistru u għas-sistema tal-informazzjoni jfissru d-database elettronika tal-Kummissjoni dwar is-Sistema ta’ Rappurtar tal-Aċċidenti Kbar, disponibbli fuq http://mahbsrv.jrc.it)

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

Image 13

Test ta 'immaġni