16.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/26


Dikjarazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni u trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza mill-kawża tal-persuna konċernata

“L-Italja b'dan tiddikjara li tixtieq tagħmel użu mill-opportunità offruta mill-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI (1). Konsegwentement, id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika l-aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014 għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata, waqt il-proċess mill-awtoritajiet kompetenti Taljani.”


(1)   ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24.