26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/194 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2007
(2009/678/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2007 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0173/2009), |
1. |
Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; |
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2007; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 60.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 156.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.