26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/152


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2007

(2009/660/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 11,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0157/2009),

1.

Jinnota li l-ammonti annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2007;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 63.

(2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 149.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.