26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/24


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III – Kummissjoni

(2009/630/KE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li k kunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (SEC(2008) 2359 – C6-0415/2008) (2),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza 2006 (COM(2008) 629, COM(2008) 628) u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġa ma’ dawn ir-rapporti (SEC(2008) 2579, SEC(2008) 2580),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2007” (COM(2008) 338),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007 (COM(2008) 499) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 2361),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2008) 112),

wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-inizjattiva Ewropea favur it-trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 (COM(2006) 194),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta’ verifika waħda (single audit) (u l-proposta relatata ma’ qafas ta’ kontroll intern Komunitarju) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005) 252),

wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2006) 009), ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007) 86) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2007) 311),

wara li kkunsidra l-ewwel rapport ta’ nofs is-sena dwar it-tabella tal-progress tal-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat, ippubblikat fid-19 ta’ Lulju 2006 (SEC(2006) 1009), konformi mat-talba magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu maħruġa mad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2004,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika (4),

wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta tal-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni s-Sinjura Hübner u s-Sur Špidla lill-Kummissjoni fejn ippreżentaw rapport intermedjarju dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta tal-azzjonijiet strutturali (SEC(2008) 2756) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 2755),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2008) 110) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 259),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (5) u r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar interpretazzjoni komuni tal-idea tar-riskju tollerabbli ta’ żbalji (COM(2008) 866) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan il-komunikazzjoni (SEC(2008) 3054),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni għall-esekuzzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007 (5587/2009-C6-0055/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 246 u l-Artikoli li jsegwu tat-Trattat KE fir-rigward tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-istandards internazzjonali tal-verifika u l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, b’mod partikolari dawk applikabbli għas-settur pubbliku,

wara li kkunsidra r-Reviżjoni Internazzjonali minn Esperti fil-Qasam mill-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsira r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Haddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (7), b’mod partikolari t-Titolu V, Kapitlu 3, li jittratta pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità flimkien ma’ Anness XII, li jistipula d-dispożizzjonijiet għal Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0168/2009),

A.

billi, skont l-Artikolu 274 tat-Trattat KE, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, b’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali tad-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni u Aġenziji Esekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u lill-parlamenti u l-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta’ verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(6)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(7)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.