|
20.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/6 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Marzu 2009
dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tal-Ungerija 2008-2011
(2009/C 66/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
|
(1) |
Fl-10 ta' Marzu 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Ungerija, li jkopri l-perijodu mill-2008 sal-2011. |
|
(2) |
Wara avvanz moderat fl-ewwel nofs tal-2008, il-PDG niżel ftit fit-tielet kwart u b'aktar qawwa fir-raba' kwart. Minkejja t-titjib fiż-żewġ żbilanċi tal-Ungerija fi snin reċenti, il-pajjiż baqa' vulnerabbli minħabba livelli għolja ta' dejn tal-gvern u dejn estern. B'konsegwenza ta' dan, il-kriżi finanzjarja laqtet lill-Ungerija b'mod partikolarment iebes u wasslet għal dipprezzament qawwi fir-rata tal-kambju u għal nuqqas ta' funzjonament f'ħafna taqsimiet tas-swieq finanzjarji. Għalhekk, ir-ritorn ta' kunfidenza fl-investitur u t-titjib tat-tħaddim tas-swieq finanzjarji huma l-iktar sfidi imminenti għall-politika ekonomika. Għal dan il-għan, il-bank ċentrali introduċa strumenti ġodda u ġie adottat programm ekonomiku ġdid li fih aġġustamenti fiskali ulterjuri, miri ta' żbilanċ iktar stretti kif ukoll pakkett biex isalva l-banek u regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju msaħħa. B'appoġġ għal dawn il-passi, l-Ungerija ngħatat għajnuna finanzjarja internazzjonali kbira (EUR 20 biljun) (2), soġġett għal progress fil-konsolidament fiskali, fir-riforma tal-governanza fiskali, fir-regolamentazzjoni u sorveljanza tas-settur finanzjarju u riformi strutturali (3), mill-UE, il-FMI u l-Bank Dinji. Il-programm ekonomiku assoċjat mas-self huwa inkorporat kemm fil-baġit tal-2009 kif ukoll fl-aġġornament tal-programm ta' konverġenza. Il-Bank Nazzjonali tal-Ungerija ssikka l-politika monetarja billi għolla r-rati bażi f'Ottubru 2008 minn 8.50 % għal 11,50 % qabel ma baxxa r-rati fl-aħħar xahrejn tal-2008 (fi tliet stadji għal 10 % f'Diċembru 2008). Il-forint Ungeriż ġie żvalutat għal 2,6 % tat-termini effettivi nominali matul l-2008. |
|
(3) |
Il-programm fih żewġ xenarji differenti għall-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji: xenarju “bażi” u xenarju “alternattiv”. Ix-xenarju “bażi” huwa meqjus bħala x-xenarju ta' referenza għall-valutazzjoni tal-projezzjonijiet baġitarji għax dan ix-xenarju biss fih kalkoli dettaljati li jikkonċernaw it-tqassim tal-aggregati baġitarji u makroekonomiċi. Huwa jipprevedi li wara tkabbir imrażżan ta' madwar 1 % fis-sentejn ta' qabel, it-tkabbir reali tal-PDG ser jinżel b'0,9 % fl-2009 qabel ma jerġa' jibda jaċċelera għal 1,6 % u 2,5 % fl-2010 u l-2011, rispettivament. Ivvalutat skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa (4), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli fuq il-perijodu sħiħ tal- programm, pazjalment għaliex id-deterjorament tal-prospetti ta' tkabbir f'pajjiżi msieħba kummerċjali probabbli jkun iżjed qawwi milli previst mix-xenarju tal-programm. Bis-suppożizzjoni ta' prestazzjoni agħar tal-kummerċ estern u tnaqqis pjuttost ikbar fl-investiment, il-previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni pprojetta li l-PDG jaqa' b'1,6 % fl-2009 u mbagħad jaċċellera għal 1 % fl-2010. Madankollu, fid-dawl ta' tagħrif reċenti inkluż il-waqgħa kbira fil-produzzjoni industrijali f'Diċembru u d-deċelerazzjoni qawwija fil-krediti tal-korporazzjonijiet u l-familji lejn l-aħħar tal-2008, ir-riżultat x'aktarx li jkun ħafna agħar (madwar -3,75 % fl-2009). Il-projezzjoni ta' inflazzjoni fil-programm ta' 4,5 % għall-2009 wkoll tidher daqsxejn ottimista. Barra minn hekk, il-prestazzjoni qawwija tal-esportazzjoni u t-titjib relatat fil-kapaċità netta ta' finanzjament tas-settur privat tul il-perijodu tal-programm jidhru pjuttost favorevoli. |
|
(4) |
Għall-2008, il-bilanċ ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 3,3 % tal-PDG fil-previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, imqabbel ma' mira ta' 4 % tal-PDG stabbilita fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza. Ir-riżultati ta' din il-mira fl-isfond ta' tkabbir dgħajjef ġej l-aktar minn effett bażi favorevoli kemm fuq in-naħa tad-dħul kif ukoll fuq in-naħa tal-infiq mill-2007 (meta l-iżbilanċ laħaq 5 % tal-PDG). |
|
(5) |
L-aġġornament jistabbilixxi l-mira tal-iżbilanċ tal-baġit tal-2009 għal 2,6 % tal-PDG imqabbel mat-3,2 % tal-PDG li hemm fl-aġġornament preċedenti u tbassir ta' 2,8 % tal-PDG fil-previżjoni proviżorja tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-mira ġiet intensifikata bħala parti mir-reazzjoni tal-gvern għall-kriżi finanzjarja u fl-isfond ta' xenarju makroekonomiku li ddeterjora b'mod sinifikanti. Minħabba l-kuntest tal-kriżi finanzjarja u l-iżbilanċ u d-dejn pubbliku għoli, il-gvern ma adotta l-ebda miżura ta' stimolu fiskali. Dan l-aħħar, madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis ekonomiku aktar qawwi milli mistenni li huwa stmat li jirriżulta f'waqgħa fid-dħul ta' madwar 1 % tal-PDG, fil-15 ta' Frar il-Gvern adotta pakkett korrettiv addizzjonali ta' 0,7 % tal-PDG u rreveda l-mira tal-iżbilanċ tiegħu tal-2009 għal 2,7-2,9 % tal-PDG fil-kuntest tal-ewwel reviżjoni tal-programm ekonomiku l-ġdid. Il-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament, nett ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn), skont l-informazzjoni pprovduta fl-aġġornament u kif ikkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni, huwa ppjanat li jitjieb b'madwar 1,75 punt perċentwali tal-PDG, li juri qagħda ta' politika fiskali restrittiva ħafna. |
|
(6) |
L-objettiv ewlieni tal-istrateġija baġitarja tal-perijodu medju fl-aġġornament huwa li jnaqqas l-iżbilanċ nominali minn 3,4 % tal-PDG fl-2008 għal 2,6 % tal-PDG fl-2009, li huwa mistenni li jiġi segwit minn tnaqqis ċkejken għal 2,5 % fl-2010 u tnaqqis ieħor għal 2,2 % tal-PDG fl-2011. Peress li l-infiq f'interessi huwa mistenni jogħla b'nofs punt perċentwali tal-PDG fl-2009, il-bilanċ ewlieni juri titjib akbar f'dik is-sena (li jaqbeż il-punt perċentwali), segwit minn 0,3 % titjib fil-PDG sal-2011 biex jilħaq bilanċ pożittiv ta' 2,2 % tal-PDG. L-objettiv tal-perijodu medju (MTO) tal-pajjiż għall-pożizzjoni baġitarja (żbilanċ ta' 0,5 % tal-PDG f'termini strutturali, jiġifieri bilanċ aġġustat ċiklikament, nett ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn) mhux mistenni jintlaħaq fi żmien il-perijodu tal-programm. Il-konsolidament baġitarju ġenerali ta' 1,2 punt perċentwali tal-PDG hija ppjanata li titqassam b'mod ekwu bejn in-naħa tad-dħul u n-naħa tal-infiq. Wara l-2009, il-programm ma jispjegax il-miżuri dettaljati li huma l-bażi tat-tnaqqis fl-iżbilanċ ippjanat. L-aġġornament jistima li l-proporzjon tad-dejn mal-PDG żdied sew fl-2008 għal ftit ogħla minn 71 %, l-aktar marbut mal-użu tal-ewwel ħlas bin-nifs tal-għajnuna finanzjarja mill-UE u l-FMI l-iktar biex tinbena riżerva. Fl-2009, il-proporzjon tad-dejn huwa previst li jiżdied iżjed għal 72,5 %, imma fis-snin imbiegħda huwa mistenni li jibda jnaqqas b'pass dejjem iktar mgħaġġel (għal 69 %), appoġġat ukoll miż-żieda gradwali fit-tkabbir. |
|
(7) |
Ir-riżultati baġitarji huma soġġetti għal riskji negattivi, speċjalment fis-snin imbiegħda tal-programm. Ir-riskji tat-triq tal-iżbilanċ li ġejjin mill-perspettiva makroekonomika huma konsiderevoli matul il-perijodu kollu tal-programm. Riċessjoni aktar profonda u aktar fit-tul timplika nuqqasijiet ta' dħul minn kullimkien u żidiet moderati fl-infiq. Madankollu, fuq in-naħa tal-infiq, reċentement kien hemm numru ta' elementi pożittivi. Il-kontroll baġitarju tjieb konsiderevolment mill-2006 u l-passi ta' riforma li ddaħħlu fis-seħħ dehru li rrestrinġew strutturalment ix-xejra passata ta' żelq baġitarju f'xi oqsma importanti (eż. is-sussidji tal-prezzijiet). Barra minn hekk, il-gvern adotta tnaqqis ulterjuri fl-infiq ta' 0,7 % tal-PDG għall-2009 b'reazzjoni għad-deterjorament qawwi ta' dan l-aħħar fil-perspettiva ekonomika. Madankollu, ir-riskju ta' nfiq żejjed ma jistax jiġi injorat, speċjalment wara l-2009. B'mod partikolari, il-moderazzjoni fl-infiq ippjanat jista' ma jkunx sostnut minn passi ta' segwitu fir-riformi tas-sistemi pubbliċi ta' amministrazzjoni, saħħa u edukazzjoni u l-miżuri baġitarji ulterjuri neċessarji ma jidhrux li huma speċifikati u implimentati għal kollox. Min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tal-passi ppjanati fir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, il-benefiċċji soċjali u s-sussidju għall-familji għandha tikkontribwixxi għal moderazzjoni tan-nefqa fil-perijodu medju. Anke jekk il-qafas ta' governanza fiskali ssaħħaħ konsiderevolment, ir-riskju ta' baġit liberat meta mqabbel mal-pjanijiet kif evidenzjati mill-esperjenza tal-passat ma jistax jitwarrab għal kollox, anke fid-dawl tal-fatt li l-qafas baġitarju l-ġdid għadu mhux ittestjat. Ir-riskji għall-miri baġitarji japplikaw bl-istess mod għall-proporzjon tad-dejn; għalhekk l-evoluzzjoni tiegħu maħsuba għall-2009 wkoll jistgħu jkunu inqas favorevoli milli pprojettat fil-programm. |
|
(8) |
Dan l-aħħar ġew implimentati għadd ta' passi ta' riforma tal-pensjonijiet, li huma mistennija li jimmoderaw xi ftit iż-żieda fl-infiq futur fil-pensjonijiet, imma għad hemm ħafna xi jsir għal din il-għan. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2008 kif stmata fil-programm tjiebet mill-pożizzjoni stmata fil-bidu tal-programm preċedenti, madankollu, l-impatt baġitarju ta' popolazzjoni li qed tixjieħ jibqa' għoli. Il-livell attwali tad-dejn gross għadu ogħla mill-valur ta' referenza tat-Trattat. L-iżgurar ta' bilanċi pożittivi primarji għolja fil-perijodu medju, kif diġà previst fil-programm, kif ukoll passi ta' riforma tal-pensjonijiet ulterjuri kif imħabbar reċentement mill-Gvern jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji medji għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi. |
|
(9) |
Sal-2006 meta l-iżbilanċ laħaq l-ogħla livell tiegħu ta' 9,3 % tal-PDG, il-qafas baġitarju Ungeriż kien vulnerabbli ħafna għal żelqiet fiskali u kien espost b'mod rikorrenti għaċ-ċiklu elettorali. Wara xi titjib gradwali fit-trasparenza u fl-ippjanar tal-baġit li beda mill-2006, liġi ta' riforma ta' governanza fiskali kienet adottata f'Novembru 2008 li kien fiha regoli numeriċi pluriennali u l-istabbiliment ta' Kunsill Fiskali. Il-korp il-ġdid ser iwettaq tbassir makroekonomiku u baġitarju indipendenti kif ukoll stimi tal-impatt fiskali, u jivvaluta l-qagħda baġitarja u l-proposti tal-baġit. Jekk tiġi implimentata b'determinazzjoni, l-istruttura l-ġdida għandha twassal għal titjib fit-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Madankollu, xi kwistjonijiet importanti baqgħu ma ġewx solvuti, bħall-ispeċifikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' infurzar effettiv u l-kopertura ta' settur sottonazzjonali. |
|
(10) |
B'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, l-awtoritajiet Ungeriżi mhux biss issikkaw f'Ottubru 2008 l-miri baġitarji biex inaqqsu l-bżonnijiet ta' finanzjament esterni tal-ekonomija bħala parti mill-programm ekonomiku l-ġdid iżda adottaw ukoll għadd ta' miżuri biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-settur finanzjarju. Il-kopertura tal-iskema ta' garanzija ta' depożitu żdiedet minn HUF 6 miljuni għal HUF 13-il miljun. L-awtoritajiet adottaw ukoll skema ta' appoġġ tas-settur bankarju, li tipprevedi l-forniment ta' garanziji interbankarji kif ukoll il-fond ta' rikapitalizzazzjoni. Barra minn dan, il-bank ċentrali ħa għadd ta' miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tal-likwidità tas-suq, appoġġat ukoll mill-ftehim ta' repo konkluż mal-Bank Ċentrali Ewropew. Miżuri ulterjuri għat-tisħiħ tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-suq finanzjarju huma mistennija b'konformità mal-programm ekonomiku marbut mal-għajnuna finanzjarja internazzjonali. |
|
(11) |
B'reazzjoni għall-kriżi ekonomika, l-awtoritajiet Ungeriżi endorsjaw pakkett ta' miżuri newtrali għall-baġit biex jistimulaw l-ekonomija, inklużi passi ta' riforma strutturali. Fid-dawl tal-bżonn ta' korrezzjoni tal-iżbilanċi esterni u interni sinifikanti tagħha, u f'konformità mal-PREE maqbul f'Diċembru mill-Kunsill Ewropew, l-awtoritajiet Ungeriżi ma implimentaw l-ebda miżuri ta' stimolu fiskali. Bil-ħsieb li jiġu sostnuti d-domanda magħduda u l-impjiegi matul l-2009 u l-2010, il-miżuri adottati jinkludu l-aktar, l-aċċellerazzjoni tal-assorbiment tal-fondi strutturali tal-UE u kif jerġgħu jitqassmu, kif ukoll it-titjib tal-aċċess għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-finanzjament. Ir-riformi strutturali huma element importanti tal-PREE, u huma speċjalment għażla rilevanti għal azzjoni politika fl-Ungerija fid-dawl tal-ambitu limitat għal stimolu fiskali u l-bżonn ta' titjib tal-kompetittività esterna. Tpoġġiet anqas enfasi fuq it-tisħiħ tal-kompetittività. Barra minn hekk, il-Parlament f'Diċembru adotta l-programm “It-triq għax-xogħol”, li għandu l-għan li joħloq inċentivi u jtejjeb l-impjegabilità tan-nies qiegħda li m'għandhomx wisq ħiliet u li ilhom qiegħda anke permezz ta' riorjentazzjoni parzjali ta' mezzi passivi fil-Fond tas-Suq tax-Xogħol lejn politika attiva tas-suq tax-xogħol. Il-programm jinkludi żieda qawwija fi skemi tax-xogħlijiet pubbliċi, kif ukoll programmi ta' taħriġ, u jżid inċentivi għal kooperazzjoni aħjar bejn il-popolazzjoni fil-mira u s-Servizz tal-Impjiegi Pubbliċi. Barra minn hekk, il-Gvern kompla jirriforma f'passi gradwali l-kura tas-saħħa u s-sistemi ta' edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika. Dawn il-miżuri huma relatati mal-aġenda ta' riforma tal-perijodu medju u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009 taħt l-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi. Fis-16 ta' Frar, il-Gvern ħabbar riformi strutturali ulterjuri fil-qasam tal-pensjonijiet, il-benefiċċji soċjali u l-gvernijiet lokali. |
|
(12) |
Minħabba r-riskju makrofinanzjarju, il-politika fiskali trid tkun restrittiva. Wara sentejn ta' politika restrittiva, il-qagħda tal-politika fiskali terġa' tkun restrittiva fl-2009 fl-isfond ta' riċessjoni profonda; fis-snin imbiegħda tal-programm issir ġeneralment newtrali. L-aġġornament jikkonferma t-triq lejn l-aġġustament fil-perijodu medju stipulat fil-programm politiku ekonomiku ġdid tal-awtoritajiet; għalhekk huwa konsistenti mal-impenji magħmula fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja tal-UE għall-perijodu medju. Madankollu, il-previżjoni proviżorja tas-servizzi tal-Kummissjoni li tipprojetta żbilanċ akbar fl-2009 ta' 2,8 % tal-PDG flimkien mar-riskji għall-projezzjonijiet makroekonomiċi jindikaw li jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri ta' konsolidament ulterjuri. Fil-fatt, il-gvern adotta pakkett korrettiv ġdid ta' 0,7 % tal-PDG, filwaqt li rreveda l-mira tal-iżbilanċ tal-2009 ftit 'il fuq. Ir-riforma fil-governanza fiskali adottata dan l-aħħar għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi permezz tat-tnaqqis ipprogrammat fil-proporzjon tad-dejn. Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja fil-programm tidher ġeneralment konsistenti mat-triq tal-aġġustament għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv irrakkomandata mill-Kunsill, sakemm il-miżuri baġitarji kollha mħabbra fil-programm u aktar reċentement ikunu ġew implimentati bis-sħiħ kif ukoll id-devjazzjonijiet possibbli matul is-sena jkunu ġew korretti b'mod effettiv. Fis-snin ta' wara l-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv, it-tnaqqis fl-iżbilanċ maħsub fil-programm huwa limitat u mhux sostnut biżżejjed minn miżuri. Finalment, meta jitqiesu r-riskji tat-tbassir tad-dejn imsemmi hawn fuq, il-proporzjon tad-dejn mhux qed jonqos b'mod suffiċjenti lejn il-valur ta' referenza matul il-perijodu tal-programm. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet ta' data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u ta' konverġenza, il-programm fih xi distakki fid-data meħtieġa u f'dik fakultattiva (5). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li, minkejja titjib ċar fl-iżbilanċi għoljin tagħha, inkluż tnaqqis fl-iżbilanċ tal-baġit minn 9,3 % tal-PDG fl-2006 għal anqas minn 3,25 tal-PDG fl-2008, l-Ungerija kienet partikolarment esposta għall-kriżi finanzjarja u għalhekk kellha tillimita l-bżonn ta' finanzjament tal-gvern iktar milli tistimula l-ekonomija matul it-tnaqqis ekonomiku. F'dan il-kuntest, hija adottat politika ta' aġġustamenti fiskali ulterjuri u miri ta' żbilanċ aktar stretti biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-investitur. Din l-istrateġija kienet sostnuta minn għajnuna finanzjarja internazzjonali mill-UE, il-FMI u l-Bank Dinji. Il-programm jipprevedi kontinwazzjoni tal-istrateġija ta' konsolidament antiċipata, b'aġġustament importanti ieħor fl-2009 għal 2,6 % tal-PDG, u segwit minn triq ta' aġġustament iktar moderata lejn żbilanċ fil-baġit ta' 2,2 % tal-PDG sal-2011.
Madankollu, din it-triq ta' tnaqqis tal-iżbilanċ hija soġġetta għal riskji, speċjalment peress li l-assunzjonijiet makroekonomiċi li huma l-bażi tal-programm sadanittant isiru ferm aktar favorevoli. Dan ir-riskju jonqos sostanzjalment bil-miżuri korrettivi adottati u bil-passi strutturali mħabbra dan l-aħħar mill-Gvern flimkien mar-reviżjoni tal-mira ta' żbilanċ tal-2009 ftit ogħla għal 2,7-2,9 % tal-PDG. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-liġi dwar ir-responsabilità fiskali hija pass importanti lejn l-istabbiliment ta' politika fiskali prudenti u, jekk tkun implimentata b'determinazzjoni, għandha tikkontribwixxi għad-durabilità tal-konsolidazzjoni fiskali. Madankollu, is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi torbot ukoll fuq il-kontinwazzjoni tar-riformi strutturali, sal-punt li jżidu t-tkabbir fit-tul, jgħinu l-ilħuq tal-miri baġitarji, u jnaqqsu l-vulnerabilitajiet tal-pajjiż. Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, l-impenji li saru fil-qafas tal-għajnuna finanzjarja internazzjonali, u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) tal-10 ta' Ottubru 2006 u anke minħabba l-bżonn li tiġi żgurata konverġenza sostenibbli, l-Ungerija hija mistiedna biex:
|
(i) |
fid-dawl tar-riskji, iżżomm marġini adegwat, tieħu l-miżuri neċessarji biex l-iżbilanċ fil-baġit jinġieb taħt il-limitu ta' 3 % tal-PDG fl-2009, u wara dan tiżgura li jsir progress adegwat fil-konsolidament tal-baġit lejn l-MTO, b'hekk il-proporzjon tad-dejn mal-PDG jibda nieżel lejn il-limitu ta' 60 % tal-PDG; |
|
(ii) |
tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġi tar-responsabilità fiskali, tkompli l-moderazzjoni tal-infiq permezz ta' riforma ulterjuri tal-amministrazzjoni pubblika, il-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-edukazzjoni, kif imħabbra, u ssaħħaħ ir-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-suq finanzjarju; |
|
(iii) |
fid-dawl tal-livell ta' dejn u ż-żieda f'infiq relatat mal-età, tkompli ttejjeb is-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi; tkompli tirriforma s-sistema tal-pensjonijiet wara l-passi li diġà ttieħdu fl-2006-2008. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarju ewlenin
|
|
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
|
PDG reali (% tibdil) |
PK Diċ 2008 |
1,1 |
1,3 |
– 0,9 |
1,6 |
2,5 |
|
COM Jan 2009 |
1,1 |
0,9 |
– 1,6 |
1,0 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
1,7 |
2,8 |
4,0 |
4,1 |
4,2 |
|
|
Inflazzjoni HICP (%) |
PK Diċ 2008 |
7,9 |
6,2 |
4,5 |
3,2 |
3,0 |
|
COM Jan 2009 |
7,9 |
6,1 |
2,8 |
2,2 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
7,9 |
4,8 |
3,0 |
2,9 |
2,8 |
|
|
Differenza tal-produzzjoni (6) (% tal-PDG potenzjali) |
PK Diċ 2008 |
1,9 |
1,1 |
– 1,7 |
– 1,9 |
– 1,1 |
|
COM Jan 2009 (7) |
2,7 |
2,3 |
– 0,1 |
0,4 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 0,9 |
– 1,8 |
– 1,5 |
– 0,9 |
– 0,5 |
|
|
Self nett vis-à-vis l-bqija tad-dinja (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
– 5,3 |
– 5,1 |
– 3,7 |
– 2,5 |
– 1,6 |
|
COM Jan 2009 |
– 5,3 |
– 6,0 |
– 4,0 |
– 3,5 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 4,1 |
– 2,3 |
– 1,7 |
– 1,3 |
– 0,8 |
|
|
Dħul ġenerali tal-gvern (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
44,9 |
45,2 |
45,8 |
46,0 |
45,8 |
|
COM Jan 2009 |
44,9 |
45,5 |
46,1 |
46,4 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
44,1 |
44,2 |
43,3 |
42,4 |
42,0 |
|
|
Infiq ġenerali tal-gvern (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
49,8 |
48,6 |
48,4 |
48,5 |
48,0 |
|
COM Jan 2009 |
49,8 |
48,8 |
48,9 |
49,5 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
50,3 |
48,2 |
46,5 |
45,1 |
44,2 |
|
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
– 5,0 |
– 3,4 |
– 2,6 |
– 2,5 |
– 2,2 |
|
COM Jan 2009 |
– 5,0 |
– 3,3 |
– 2,8 |
– 3,0 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 6,2 |
– 4,0 |
– 3,2 |
– 2,7 |
– 2,2 |
|
|
Bilanċ primarju (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
– 0,9 |
0,6 |
1,9 |
2,0 |
2,2 |
|
COM Jan 2009 |
– 0,9 |
0,8 |
1,6 |
1,5 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 2,2 |
0,1 |
0,6 |
0,8 |
1,1 |
|
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (6) (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
– 5,8 |
– 3,9 |
– 1,8 |
– 1,6 |
– 1,7 |
|
COM Jan 2009 |
– 6,2 |
– 4,3 |
– 2,8 |
– 3,2 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 6,0 |
– 3,5 |
– 2,8 |
– 2,5 |
– 2,1 |
|
|
Bilanċ strutturali (8) (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
– 4,9 |
– 3,5 |
– 1,8 |
– 1,6 |
– 1,7 |
|
COM Jan 2009 |
– 5,3 |
– 4,0 |
– 2,8 |
– 3,2 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
– 4,9 |
– 3,7 |
– 2,9 |
– 2,5 |
– 2,1 |
|
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PDG) |
PK Diċ 2008 |
65,8 |
71,1 |
72,5 |
72,2 |
69,0 |
|
COM Jan 2009 |
65,8 |
71,9 |
73,8 |
74,0 |
m.d. |
|
|
PK Nov 2007 |
65,4 |
65,8 |
64,4 |
63,3 |
61,8 |
|
|
Programm ta' konverġenza (PK); Previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
||||||
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fil-websajt li ġejja:
http://ec.europa.eu/economiy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm
(2) Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/102/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Ungerija għaż-żmien medju (ĠU L 37, 6.2.2009, p. 5).
(3) Għad-dettalji dwar l-għajnuna finanzjarja għall-medda taż-żmien medja għall-Ungerija, ara l-website:
http://ec.europa.eu/economy_finance/thematic_articles/article13488_en.htm
(4) Il-valutazzjoni tieħu partikolarment kont tal-previżjoni ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dakinhar.
(5) B'mod partikolari, it-tqassim tal-aġġustament tal-fluss tal-istokk u xi data dwar is-sostenibilità fil-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi mhumiex ipprovduti.
(6) Distakki fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.
(7) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,7 %, 1,3 %, 0,9 % u 0,5 % rispettivament fil-perijodu 2007-2010.
(8) Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba biss u oħrajn temporanji. 1 Distakki fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi. Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji huma 0,9 % tal-PDG fl-2007 u 0.4 % fl-2008; kollha jżidu l-iżbilanċ, skont l-iktar programm reċenti u 0,9 % tal-PDG fl-2007 u 0,3 % tal-PDG fl-2008; ilkoll inaqqsu l-iżbilanċ fil-previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni.
Sors:
Programm ta' konverġenza (PK); Previżjoni proviżorja ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.