23.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 345/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1322/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd konformement mal-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġin biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd b’kont meħud tal-pariri xjentifiċi disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir li jasal mill-Kunsill Reġjonali Konsultattiv għall-Baħar Baltiku.

(2)

Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi l-limiti dwar l-opportunitajiet ta’ sajd abbażi tat-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd.

(4)

Jeħtieġ li l-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd.

(6)

Taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji msemmijin fih.

(7)

L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jintużaw konformement mal-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikolari konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri (4), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (5), mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljali dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (6), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (7), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (8), mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (9), mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (10) u mar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet annwali tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell li jikkorrispondi għas-sostenibbiltà fl-isfruttar tar-riżorsi f’termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali, ittieħed kont tal-prinċipji ta’ gwida għall-iffissar tal-Qabdiet Totali Permissibbli (total allowable catches, TACs) kif deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2009: Dikjarazzjoni ta’ Politika mill-Kummissjoni Ewropea.

(9)

Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, ċerti miżuri supplimentari dwar kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2009.

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2009. Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni, huwa imperattiv li ssir eċċezzjoni għal perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2009 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-użu ta’ dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar Baltiku.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqin biss għal finijiet ta’ investigazzjoni xjentifika li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat u li ġew infurmati bihom bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Addizzjonalment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91;

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c)

“qabda totali permissibli (TAC – Total Allowable Catch)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(e)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TA’ SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI

Artikolu 4

Limiti ta’ qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ tali limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Anness I, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmulin konformement mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

allokazzjonijiet mill-ġdid magħmulin konformement mal-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(c)

żbark addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmumin konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

2.   Għall-finijiet taż-żamma tal-kwoti li jkunu ser jiġu ttrasferiti għall-2010, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, permezz ta’ deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet inċidentali

1.   Ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandhom jinżammu abbord jew jiġu żbarkati l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet użata kollha; jew

(b)

speċi minbarra l-aringi u l-laċċa kaħla jkunu mħallta ma’ speċi oħra, u l-qabdiet ma jkunux ġew magħżulin abbord jew meta ġew żbarkati u l-qabdiet ikunu saru bit-tkarkir, it-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili li d-daqs tal-malji tiegħu ikun inqas minn 32 mm.

2.   L-iżbark l-art kollu għandu jgħodd fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet magħmulin taħt paragrafu 1(b).

3.   Meta l-kwota għall-aringi allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru u rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx jiżbarkaw l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom l-aringi.

4.   Meta l-kwota għal-laċċa kaħla allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru u rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx jiżbarkaw l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom il-laċċa kaħla.

Artikolu 7

Limiti ta’ sforz tas-sajd

1.   Il-limiti fuq l-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Dawk il-limiti għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni taħt l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Dawk il-limiti m’għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni taħt l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni.

Artikolu 8

Miżuri tekniċi transitorji

Il-miżuri tekniċi transitorji huma stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Trasmissjoni ta’ data

Meta l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar żbarki ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbudin, taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, huma għandhom jużaw il-kodiċi tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.

(5)  ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.

(6)  ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

(7)  ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

(8)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(9)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(10)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS I

Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn jeżistu l-limiti fuq il-qabdiet fua beżi tal-ispeċi u taż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) abbażi tal-istokk, tal-allokazzjoni lill-Istati Membri u tal-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli l-kodiċi użati għall-ispeċi differenti huma kif ġej:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem Komuni

Clupea harengus

HER

Aringi

Gadus morhua

COD

Merluzz

Platichthys flesus

FLX

Barbun

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjoni 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

67 777

 

Żvezja

14 892

 

KE

82 669

 

TAC

82 669

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjoni 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

3 809

 

Ġermanja

14 994

 

Polonja

3 536

 

Finlandja

2

 

Żvezja

4 835

 

KE

27 176

 

TAC

27 176

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

3 159

 

Ġermanja

838

 

Estonja

16 134

 

Latvja

3 982

 

Litwanja

4 192

 

Polonja

35 779

 

Finlandja

31 493

 

Żvezja

48 032

 

KE

143 609

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

16 113

 

Latvja

18 779

 

KE

34 892

 

TAC

34 892

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

10 241

 

Ġermanja

4 074

 

Estonja

998

 

Latvja

3 808

 

Litwanja

2 509

 

Polonja

11 791

 

Finlandja

784

 

Żvezja

10 375

 

KE

44 580

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

7 130

 

Ġermanja

3 487

 

Estonja

158

 

Latvja

590

 

Litwanja

383

 

Polonja

1 908

 

Finlandja

140

 

Żvezja

2 541

 

KE

16 337

 

TAC

16 337

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 179

 

Ġermanja

242

 

Polonja

456

 

Żvezja

164

 

KE

3 041

 

TAC

3 041

TAC Prekawzjonali.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

64 184  (1)

 

Ġermanja

7 141  (1)

 

Estonja

6 523  (1)

 

Latvja

40 824  (1)

 

Litwanja

4 799  (1)

 

Polonja

19 471  (1)

 

Finlandja

80 033  (1)

 

Żvezja

86 758  (1)

 

KE

309 733  (1)

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Subdiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

 

Finlandja

13 838  (2)

 

KE

15 419  (2)

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

39 453

 

Ġermanja

24 994

 

Estonja

45 813

 

Latvja

55 332

 

Litwanja

20 015

 

Polonja

117 424

 

Finlandja

20 652

 

Żvezja

76 270

 

KE

399 953

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

(1)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(2)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.


ANNESS II

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, li jistadu b’tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, li jistadu b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’

(a)

201 jum neqsin mill-port fis-Subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-Subdiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

In-numru massimu ta’ jiem assenti mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1 (a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta’ jiem allokati għal żona waħda mit-tnejn.


ANNESS III

Miżuri tekniċi transitorji

Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

1.

Iż-żamma abbord tal-ispeċi ta’ ħut li ġejjin li jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin hawn taħt għandu jkun ipprojbit:

Speċi

Żoni ġeografiċi

Perijodu

Barbun (Platichthys flesus)

Subdiviżjonijiet 26 sa 28, 29 fin-Nofsinhar ta’ 59°30′N

Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Mejju

Subdiviżjoni 32

Mill-15 ta’ Frar sat-31 ta’ Mejju

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Subdiviżjonijiet 25 sa 26, 28 fin-Nofsinhar ta’ 56°50′N

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

2.

B’deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi u b’irkaptu simili bid-daqs ta’ malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti ta’ malji ta’ 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta’ barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jiġu żbarkati f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew żbarkata l-art matul il-perijodi ta’ projbizzjoni msemmijin fil-punt 1.