17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1265/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ dejta tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ oqsma [azjendi] agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula, għal kull Stat Membru, il-limitu tad-daqs ekonomiku tal-kontijiet li jaqgħu taħt il-qasam tal-istħarriġ tan-netwerk ta’ dejta tal-kontabbiltà tal-irziezet.

(2)

Fil-każ ta’ Spanja, bidliet strutturali wasslu għal nuqqas fl-għadd ta’ azjendi iżgħar u fil-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali. L-azjendi b’daqs ekonomiku iżgħar minn 4 ESU (435 307 azjendi) jirrappreżentaw biss 4.04 % tal-marġini gross standard totali. L-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola tista’ għaldaqstant tiġi koperta bil-limitu li jeskludi l-azjendi iżgħar. Il-limitu stipulat ta’ 2 ESU għandu konsegwentement jitla’ għal 4 ESU.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta’ Dejta tal-Kontabbiltà tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008 (perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi li jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-1 ta’ Lulju 2008) u għas-snin finanzjarji sussegwenti, il-limitu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament 79/65/KEE fl-ESU għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju: 16 ESU

Il-Bulgarija: 1 ESU

Ir-Repubblika Ċeka: 4 ESU

Id-Danimarka: 8 ESU

Il-Ġermanja: 16 ESU

L-Estonja: 2 ESU

L-Irlanda: 2 ESU

Il-Greċja: 2 ESU

Spanja: 4 ESU

Franza: 8 ESU

L-Italja: 4 ESU

Ċipru: 2 ESU

Il-Latvja: 2 ESU

Il-Litwanja: 2 ESU

Il-Lussemburgu: 8 ESU

L-Ungerija: 2 ESU

Malta: 8 ESU

L-Olanda: 16 ESU

L-Awstrija: 8 ESU

Il-Polonja: 2 ESU

Il-Portugall: 2 ESU

Ir-Rumanija: 1 ESU

Is-Slovenja: 2 ESU

Is-Slovakkja: 8 ESU

Il-Finlandja: 8 ESU

L-Iżvezja: 8 ESU

Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq): 16 ESU

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq biss) 8 ESU.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena finanzjarja 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.

(2)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5.