17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1264/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi ħlas fiss għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett debitament kompletat dwar razzett mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2007 (3) stabbilixxa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena tal-kontabilità 2008 għal EUR 151 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm tqum it-tlestija ta’ prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas.

(3)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju dwar in-Netwerk ta’ Informazzjoni dwar il-Kontabilità tal-Farms,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun EUR 155.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 68.