|
13.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 335/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1245/2008
tat-12 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1615/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 f’dak li jirrigwardja d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’oriġini, użat għall-iskopijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex jieħu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali tan-Nepal rigward ċerti prodotti magħmula mit-tessuti esportati lejn il-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [tal-Komunità] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa (3), il-Komunità kkonċediet preferenzi tariffarji ġeneralizzati lin-Nepal. Ir-Regolament (KE) Nru 980/2005 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008, imma mill-1 ta’ Jannar 2009 se jkun hemm minfloku r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (4), li jikkonferma l-konċessjoni tal-preferenzi tariffarji msemmija lin-Nepal min-naħa tal-Komunità. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta’oriġini li għandu jintuża għall-finijiet tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati. Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi wkoll għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi (GSP) li jippreżentaw talba xierqa lill-Komunità b’dan l-effett. |
|
(3) |
In-Nepal ibbenefika minn deroga tali għal ċerti prodotti tat-tessuti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1615/2000 (5), li kienet ipprolongata diversi drabi u li għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittri tad-9 ta’ Lulju u t-3 ta’ Ottubru 2008, in-Nepal ressaq talba għall-prolongament tad-deroga skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
|
(5) |
L-aħħar darba li kienet ipprolongata l-validità tar-Regolament (KE) Nru 1615/2000, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1807/206 (6), kien mistenni li regoli tal-oriġini tal-GSP ġodda, aktar sempliċi u li aktar jiffavorixxu l-iżvilupp ikunu applikabbli qabel ma kellha tiskadi d-deroga. Madankollu, regoli tal-oriġini tal-GSP ġodda għadhom ma ġewx adottati, u issa huwa mistenni li t-tali regoli tal-oriġini mhumiex se jkunu implimentati qabel tmiem l-2009. |
|
(6) |
It-talba turi li l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini dwar il-ħidma jew l-ipproċessar suffiċjenti u dwar il-kumulazzjoni reġjonali jkollhom effett sinifikanti fuq il-kapaċità tal-industrija tal-ilbies tan-Nepal biex tissokta bl-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità, u jkollha effett deterrenti fuq l-investiment. Dan iwassal għal aktar għeluq tal-azjendi u qgħad f’dak il-pajjiż. Barra minn hekk, jidher li l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini tal-GSP li huma applikabbli fil-preżent, anke għal żmien qasir, x’aktarx ikollha l-effett deskritt hawn fuq. |
|
(7) |
Il-perjodu ta’ prolongament tad-deroga għandu jkopri ż-żmien meħtieġ biex ikunu adottati u implimentati r-regoli l-ġodda tal-oriġini tal-GSP. Ġaladarba l-konklużjoni ta’ kuntratti aktar fit-tul li jibbenefikaw mid-deroga hija ta’ importanza għall-istabbilta’ u t-tkabbir tal-industrija tan-Nepal, il-prolongament konċess għandu jkun twil biżżejjed biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jikkonkludu kuntratti bħal dawn. |
|
(8) |
B’konsegwenza tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda futuri, il-prodotti Nepaliżi li fil-preżent huma eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali biss permezz tad-deroga għandhom, fil-ġejjeini, ikunu jistgħu jikkwalifikaw bl-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda. Id-deroga f’dak il-waqt issir żejda. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza għall-operaturi, għaldaqstant se jkun meħtieġ li r-Regolament Nru 1615/2000 ikun irrevokat b’effett mid-data li fiha jibdew japplikaw ir-regoli tal-oriġini l-ġodda. |
|
(9) |
Id-deroga għaldaqstant għandha tkun ipprolongata sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini l-ġodda li għandhom ikunu stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, imma fi kwalunkwe każ l-applikazzjoni tagħha għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1615/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1615/2000 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal prodotti ttrasportati direttament min-Nepal u importati fil-Komunità sal-kwantitajiet annwali elenkati fl-Anness għal kull prodott matul il-perjodu mill-15 ta’ Lulju 2000 sad-data tal-applikazzjoni ta’ emenda għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’oriġini użat għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati, imma fi kwalunkwe każ l-applikazzjoni tagħha għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.