13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1243/2008

tat-12 ta' Diċembru 2008

li jemenda l-Annessi III u VI tad-Direttiva 2006/141/KE dwar il-kundizzjonijiet għall-kompożizzjoni ta' xi formuli ta' ħalib tat-trab għat-trabi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel intiżi għall-użu nutrizzjonali partikolari (1), u partikolarment it-tieni inċiz tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħalib tat-trab għat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (2) tistabbilixxi inter alia kriterji għall-kompożizzjoni tal-formoli tal-ħalib għat-trabi.

(2)

Id-Direttiva 2006/141/KE tipprovdi li s-sostanzi mniżżlin fl-Anness III mehmuż magħha biss jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-formuli tal-ħalib għat-trabi sabiex ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet dwar inter alia l-aċti amini u komposti oħra tan-nitroġenu.

(3)

L-Anness III ta' dik id-Direttiva għandu jkun emendat biex jippermetti l-użu tal-arkinina-L u l-idrokloridu tagħha fil-formuli tal-ħalib tat-trab għat-trabi.

(4)

Id-Direttiva 2006/141/KE tipprovdi wkoll li l-ħalib tat-trab għat-trabi magħmul mill-idrosilati tal-proteina li huma definiti fil-punt 2.2 tal-Anness I mehmuż magħha li fihom kontenut ta' proteina bejn il-minimu u 0,56g/100 kJ (2,25g/100 kcal) għandhom jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet xierqa stipulati fl-Anness VI. Dan l-Anness jistipula l-ispeċifikazzjonijiet għall-kontenut u s-sors tal-proteina u l-ipproċessar tal-proteina użata fil-manifattura tal-ħalib għat-trabi magħmul mill-idrosilati tal-proteini tax-xorrox li ġejjin mill-proteina tal-ħalib tal-baqar.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 li jawtorizza għal perjodu ta' sentejn (3) it-tqegħid fis-suq ta' ħalib tat-trab għat-trabi li hu bbażat fuq l-idrosilati tal-proteina tax-xorrox ġejjin mill-proteina tal-ħalib tal-baqar jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ħalib tat-trab għat-trabi skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut tal-proteina, tas-sors, tal-ipproċessar u tal-kwalità li huma stipulati fl-Anness tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni tiskadi fis-27 ta' Ottubru 2008.

(6)

Kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 1609/2006, id-Direttiva 2006/141/KE tipprovdi għall-awtorizzazzjoni fuq bażi permanenti. L-Anness VI tad-Direttiva 2006/141/KE jistipula l-ispeċifikazzjonijiet għall-kontenut tal-proteini, għas-sors tal-proteini u għall-ipproċessar tal-proteini għall-formuli tal-ħalib tat-trab imsemmijin. Madankollu, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompożizzjoni partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità tal-proteini ma kinux imdaħħlin f'dak l-Anness. In-nuqqas ta' dawn il-kundizzjonijiet jaf jimpedixxi t-tqegħid fis-suq tal-formoli tal-ħalib għat-trabi li huma magħmulin mill-idrolisati tal-proteina wara li jiskadi r-Regolament (KE) Nru 1609/2006.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet neqsin li jikkonċernaw il-kwalità tal-proteini, li kienu mdaħħlin fl-awtorizzazzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1609/2006 għandhom jiżdiedu mal-Anness VI tad-Direttiva 2006/141/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Sabiex ma jkun hemm l-ebda interruzzjoni fis-suq, ta' formoli tal-ħalib tat-trab għat-trabi, dan ir-Regolament għandu japplika mit-28 ta' Ottubru 2008.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi III u VI tad-Direttiva 2006/141/KE huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

(2)   ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 299, 28.10.2006, p. 9.


ANNESS

L-Annessi III u VI huma emendati kif ġej:

(1)

Fis-Sezzjoni 3 tal-Anness III, is-sostanza msemmija hawn taħt hija mdaħħla fuq nett fil-lista msemmija “Aċti amini u komposti oħrajn tan-nitroġenu”.

“L-arkinina-L u l-idrokloridrat tagħha′ (1)

(1)  L-arkinina-L u l-idrokloridu tagħha għandhom jintużaw biss fil-manufattura tal-formoli tal-ħalib tat-trab għat-trabi li huma msemmijin fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1).” "

(2)

Fl-Anness VI, il-punt 4 li ġej huwa miżjud:

“4.   Il-kwalità tal-proteini

L-aċti amini indispensabbli u kondizzjonalment indispensabbli fil-ħalib tal-omm, espressi f’mg għal kull 100 kJ u 100 kcal, huma li ġejjin:

 

Għal kull 100 kJ (2)

Għal kull 100 kcal

Arkinina

16

69

Ċistina

6

24

Istidina

11

45

Iżolewċina

17

72

Lewċina

37

156

Liżina

29

122

Metjonina

7

29

Fenilalalina

15

62

Treonina

19

80

Triptofan

7

30

Tirosina

14

59

Valina

19

80


(1)  L-arkinina-L u l-idrokloridu tagħha għandhom jintużaw biss fil-manufattura tal-formoli tal-ħalib tat-trab għat-trabi li huma msemmijin fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1).” ”


(2)  1 kJ = 0,239 kcal.”