6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1216/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 u fl-24 ta’ Ottubru u fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 qiegħed jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-persuna fiżika li ġejja għandha titneħħa:

“Charles R. Bright. Data tat-twelid: 29.8.1948. Informazzjoni oħra: eks Ministru tal-Finanzi.”

(2)

L-annotazzjoni “Ali Kleilat. Data tat-twelid: 10.7.1970. Post tat-twelid: Bejrut. Ċittadinanza: Libaniża” għandha tinbidel bi:

“Ali Kleilat (magħruf ukoll bħala (a) Ali Qoleilat, (b) Ali Koleilat Delbi). Data tat-twelid: 10.7.1970. Post tat-twelid: Bejrut. Ċittadinanza: Libaniża. Nru tal-Passaport: 0508734. Nru tar-Reġistru Nazzjonali: 2016, Mazraa. Informazzjoni oħra: Negozjant, involut f’kunsinni ta’ armi lil Charles Taylor fl-2003. Għad għandu rabtiet mal-eks President Liberjan Charles Taylor.”

(3)

L-annotazzjoni “Agnes Reeves Taylor (magħrufa wkoll bħala Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Ċittadinanza: Liberjana. Informazzjoni oħra: eks mart l-eks President Charles Taylor. Eks Rappreżentanta Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Eks membru għoli tal-Gvern Liberjan” għandha tinbidel bi:

“Agnes Reeves Taylor (magħrufa wkoll bħala Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Ċittadinanza: Liberjana. Informazzjoni oħra: (a) Eks mart l-eks President Charles Taylor li għad għandha rabtiet miegħu; (b) Eks Rappreżentanta Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; Eks Membru Għoli tal-Gvern Liberjan. (c) Bħalissa residenti fir-Renju Unit.”

(4)

L-annotazzjoni “Charles Ghankay Taylor (magħruf ukoll bħala Charles MacArthur Taylor). Data tat-twelid: (a) 1.9.1947, (b) 28.1.1948. Informazzjoni oħra: eks President tal-Liberja” għandha tinbidel bi:

“Charles Ghankay Taylor (magħruf ukoll bħala (a) Charles MacArthur Taylor, (b) Jean-Paul Some, (c) Jean-Paul Sone). Data tat-twelid: (a) 1.9.1947, (b) 28.1.1948. Informazzjoni oħra: (a) Eks President tal-Liberja, (b) Attwalment għaddej ġuri fl-Aja.”

(5)

L-annotazzjoni “Charles ‘Chuckie’ Taylor (Junior). Informazzjoni oħra: iben l-eks President tal-Liberja Charles Taylor” għandha tinbidel bi:

“Charles Taylor (Junior) (magħruf ukoll bħala (a) Chuckie Taylor (b) Charles McArthur Emmanuel Roy M. Belfast, (c) Junior Charles Taylor II). Informazzjoni oħra: (a) Kollega, konsulent u iben l-eks President Liberjan Charles Taylor b’kuntatti miegħu sal-lum, (b) Bħalissa għaddej ġuri fl-Istati Uniti tal-Amerika).”