6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1213/2008

tal-5 ta' Diċembru 2008

li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi ġo jew fuq prodotti tal-ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE, u 90/642/KEE il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw programm Komunitarju ta' monitoraġġ ikkoordinat għar-residwi ta' pestiċidi ġo u fuq ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti. Fl-1 ta' Settembru 2008 dawk id-Direttivi ġew sostitwiti mir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Skont dan ir-Regolament il-programm Komunitarju ta' kontroll ta’ residwi tal-pestiċidi hu li jkopri ikel li joriġina mill-annimali flimkien mal-ikel li joriġina mill-pjanti u għandu jkun f'forma ta' att li jorbot. Għaldaqsant għandu jiġi adottat bħala Regolament. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri biex jiġu mmonitorjati ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u li tirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (2).

(2)

Fil-Komunità 30 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Peress li l-użu tal-pestiċidi juri bidliet sinifikanti fuq perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f'dawk it-30 prodott tal-ikel fuq serje ta' ċikli ta’ tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità jkunu jistgħu jiġu evalwati.

(3)

Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabilità binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta' 642 kampjun jippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, l-iżvelar ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwu ta' pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % mill-prodotti jkun fihom residwi ta' livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġabra ta' dawn il-kampjuni għandha tkun imqassma fost l-Istati Membri skont in-numru tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu tal-pestiċidi tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti mfarrka, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrapurtati separatament.

(5)

Linja gwida dwar “Tisħiħ tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-Kummissjoni (3).

(6)

Għall-proċeduri ta' teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi ta' teħid ta' kampjuni tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali u li tirrevoka d-Direttiva 79/700/KEE (4) li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(7)

Huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-livelli massimi ta’ residwu għall-ikel tat-trabi stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (5) u li jemenda d-Direttiva 1999/21/KE, u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (6) tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat u bbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, humiex jiġu rrispettati.

(8)

Huwa neċessarju li jiġu evalwati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi. Din l-evalwazzjoni għandha tibda b'xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I.

(9)

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2009, 2010 u 2011 jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-permutazzjonijiet ta' residwu minn pestiċida/prodott, kif stipulat fl-Anness I.

In-numru ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun ser jingħażel b’mod każwali.

Il-proċedura ta' teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandha tkun konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni meħuda u analizzati għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

għaxar kampjuni tal-ikel tat-trabi li huma prinċipalment ibbażati fuq ħxejjex, frott jew ċereali;

(b)

kampjun wieħed, meta disponibbli, minn prodotti li joriġinaw minn biedja organika li jirrifletti s-sehem mis-suq tal-prodotti organiċi f'kull Stat Membru.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2009, 2010 u 2011 sal-31 ta' Awwissu 2010, 2011 u 2012 rispettivament.

Flimkien ma' dawn ir-riżultati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-metodi analitiċi użati u l-livelli ta' rrappurtar miksuba, skont il-gwida fuq Tisħiħ tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf;

(b)

limitu ta' determinazzjoni applikat fil-programmi ta' kontroll nazzjonali u komunitarji;

(c)

dettalji tal-istatus tal-akkreditazzjoni tal-laboratorji analitiċi nvoluti fil-kontroll;

(d)

fejn tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, dettalji tal-miżuri ta' nfurzar li ġew użati;

(e)

f'każ li jinqabeż l-MRL, dikjarazzjoni bir-raġunijiet possibbli għaliex inqabżu l-MRLs, flimkien ma' kull osservazzjoni xierqa dwar alternattivi fl-immaniġġjar tar-riskju.

2.   Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti mfarrka jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali tar-residwu. Fejn relevanti, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni tar-residwu għandhom jiġu sottomessi separatament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(3)  Dokument SANCO/3131/2007), 31 ta' Ottubru 2007

http://ec.europa.eu/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf

(4)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(5)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.


ANNESS I

Permutazzjonijiet ta' prodott/pestiċida li għandhom jiġu mmonitorjati

 

2009

2010

2011

2,4-D (Total ta' 2,4-D u l-esteri tiegħu espress bħala 2,4-D)

 

 (3)

 (1)

4,4′-Methoxychlor

 (4)

 (5)

 (6)

Abamectin (total ta' avermectin B1a, avermectin B1b u delta-8,9 isomeru tal-avermectin B1a)

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Acephate

 (2)

 (3)

 (1)

Acetamiprid

 (2)

 (3)

 (1)

Acrinathrin

 

 (3)

 (1)

Aldicarb (total ta' aldicarb, is-sulfoxide u s-sulfone tiegħu, espress bħala aldicarb)

 (2)

 (3)

 (1)

Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom it-2,4 -dimethylaniline moity espress bħala amitraz)

 

 (3)

 (1)

Amitrole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Azinphos-ethyl (***)

 (4)

 (5)

 (6)

Azinphos-metil

 (2)

 (3)

 (1)

Azoxystrobin

 (2)

 (3)

 (1)

Benfuracarb (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Bifenthrin

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Bitertanol

 

 (3)

 (1)

Boscalid

 (2)

 (3)

 (1)

Bromide ion

 

 (3)

 (1)

Bromopropylate

 (2)

 (3)

 (1)

Bromuconazole (total ta' diasteroisomeri) (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Bupirimate

 (2)

 (3)

 (1)

Buprofezin

 (2)

 (3)

 (1)

Cadusafos (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Campfechlor (total ta' parlar Nru 26, 50 u 62) (***)

 (4)

 (5)

 (6)

Captan

 (2)

 (3)

 (1)

Carbaryl

 (2)

 (3)

 (1)

Carbendazim (total ta' Benomyl u carbendazim espress bħala carbendazim)

 (2)

 (3)

 (1)

Carbofuran (total ta' Carbofuran u 3-Hydroxycarbofuran espress bħala Carbofuran)

 (2)

 (3)

 (1)

Carbosulfan (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Chlordane (total ta' isomeri cis- u trans- u oxychlordane espress bħala chlordane)

 (4)

 (5)

 (6)

Chlorfenapyr

 

 (3)

 (1)

Chlorfenvinphos

 (2)

 (3)

 (1)

Chlormequat (*)

 (2)

 (3)

 (1)

Chlorobenzilate (***)

 (4)

 (5)

 (6)

Chlorothalonil

 (2)

 (3)

 (1)

Chlorpropham (Chlorpropham u 3-Chloroaniline espressi bħala Chlorpropham)

 (2)

 (3)

 (1)

Chlorpyriphos

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Chlorpyriphos-metil

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Clofentezin (total tal-komposti kollha li fihom it-2-Chlorbenzoyl-moiety espress bħala Clofentezin)

 (2)

 (3)

 (1)

Clothianidin (total ta' Thiamethoxam u Clothianidin espress bħala Thiamethoxam)

 

 (3)

 (1)

Cyfluthrin (Cyfluthrin li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (total tal-isomeri))

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Cypermethrin (Cypermethrin li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (total tal-isomeri))

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Cyproconazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Cyprodinil

 (2)

 (3)

 (1)

DTT (total ta' p,p′-Dtt, o,p′-Dtt, p-p′-DDE u p,p′ DDD (TDE) espress bħala DTT)

 (4)

 (5)

 (6)

Deltamethrin (cis-deltamethrin)

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Diazinon

 (2)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Dichlofluanid

 (2)

 (3)

 (1)

Dichlorvos

 (2)

 (3)

 (1)

Dicloran

 

 (3)

 (1)

Dicofol (total ta' p, p′ u o,p′ isomeri)

 (2)

 (3)

 (1)

Dieldrin (Aldrin u dieldrin kombinati espressi bħala dieldrin)

 (4)

 (5)

 (6)

Difenoconazole

 (2)

 (3)

 (1)

Dimethoate (total ta' Dimethoate u Omethoate espress bħala dimethoate)

 (2)

 (3)

 (1)

Dimethomorph

 (2)

 (3)

 (1)

Dinocap (total tal-isomeri tad-dinocap u l-fenoli li jikkorrispondu magħhom espress bħala dinocap)

 

 (3)

 (1)

Diphenylamine

 (2)

 (3)

 (1)

Endosulfan (total tal-isomeri alfa- u beta- u Endosulfan- sulphate espress bħala Endosulfan)

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Endrin

 (4)

 (5)

 (6)

Epoxiconazole

 

 (3)

 (1)

Ethion

 (2)

 (3)

 (1)

Ethoprophos (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Fenamiphos (total ta' fenamiphos u s-sulphoxide u s-sulphone tiegħu espress bħala fenamiphos) (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Fenarimol

 (2)

 (3)

 (1)

Fenazaquin

 

 (3)

 (1)

Fenbuconazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Fenhexamid

 (2)

 (3)

 (1)

Fenitrothion

 (2)

 (3)

 (1)

Fenoxycarb

 (2)

 (3)

 (1)

Fenpropathrin (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Fenpropimorph

 

 (3)

 (1)

Fenthion (total tal-fenthion u l-analogu tal-ossiġenu tiegħu, is-sulfoxides u s-sulfone tagħhom espress bħala ġenitur)

 (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Fenvalerate/Esfenvalerate (total) (total ta' isomeri RS/SR u RR/SS)

 (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Fipronil (total Fipronil + sulfon metabolit (MB46136) espress bħala Fipronil)

 (2)

 (3)

 (1)

Fluazifop (Fluazifop P butyl (fluazifop aċidu (ħieles u konjugat)))

 

 (3)

 (1)

Fludioxonil

 (2)

 (3)

 (1)

Flufenoxuron

 (2)

 (3)

 (1)

Fluquiconazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Flusilazole

 (2)

 (3)

 (1)

Flutriafol (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Folpet

 (2)

 (3)

 (1)

Formetanate (total ta' Formetanate u l-imluħa tiegħu espress bħala Formetanate idrokloru)

 (2)

 (3)

 (1)

Fosthiazate (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Glyphosate (**)

 

 (3)

 (1)

Haloxyfop li jinkludi haloxyfop-R (Haloxyfop-R methyl ester, haloxyfop-R u konjugi ta' haloxyfop-R espressi bħala haloxyfop-R) (F) (R)

 

 (3)

 (1)

HCB

 (4)

 (5)

 (6)

Heptachlor (total ta' heptachlor u heptachlor epoxide, espress bħala heptachlor)

 (4)

 (5)

 (6)

Hexaklorcyclohexan (HCH), Alfa-Isomeru

 (4)

 (5)

 (6)

Hexaklorcyclohexan (HCH), Beta-Isomeru

 (4)

 (5)

 (6)

Hexaklorcyclohexan (HCH) Gamma-isomeru) (Lindane)

 (4)

 (5)

 (6)

Hexaconazole

 (2)

 (3)

 (1)

Hexythiazox

 (2)

 (3)

 (1)

Imazalil

 (2)

 (3)

 (1)

Imidacloprid

 (2)

 (3)

 (1)

Indoxacarb (Indoxacarb bħala total tal-isomeri S u R)

 (2)

 (3)

 (1)

Iprodione

 (2)

 (3)

 (1)

Iprovalicarb

 (2)

 (3)

 (1)

Kresoxim-metil

 (2)

 (3)

 (1)

Lambda-cyhalotrin (Lambda-cyhalotrin, li tinkludi komponenti isomeri mħallta oħra (total ta' isomeri))

 (2)

 (3)

 (1)

Linuron

 (2)

 (3)

 (1)

Lufenuron

 

 (3)

 (1)

Malathion (total ta' Malathion u Malaoxon, espress bħala Malathion)

 (2)

 (3)

 (1)

Grupp Maneb (total espress bħala CS2: Maneb, Mancozeb, Metiram, Propineb, Thiram, Ziram)

 (2)

 (3)

 (1)

Mepanipyrim u l-prodotti metaboliċi tiegħu (2-anilino-4-(2-hydroxypropyl)-6-methylpyrimidine) espressi bħala mepanipyrim)

 (2)

 (3)

 (1)

Mepiquat (*)

 (2)

 (3)

 (1)

Metalaxyl (Metalaxyl li jinkludi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti li jinkludu Metalaxyl-M (total tal-isomeri))

 (2)

 (3)

 (1)

Metconazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Methamidophos

 (2)

 (3)

 (1)

Methidathion

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Methiocarb (total ta' Methiocarb u Methiocarb Sulfoxide u Sulfone, espress bħala Methiocarb)

 (2)

 (3)

 (1)

Methomyl (total ta' Methomyl u Thiodicarb espress bħala Methomyl)

 (2)

 (3)

 (1)

Methoxyfenozide

 

 (3)

 (1)

Monocrotophos

 (2)

 (3)

 (1)

Myclobutanil

 (2)

 (3)

 (1)

Oxadixyl

 

 (3)

 (1)

Oxamyl

 (2)

 (3)

 (1)

Oxydemeton-methyl (total ta' Oxydemeton-Metil u Demeton-S-Methylsulfone espress bħala Oxydemeton Metil)

 (2)

 (3)

 (1)

Paclobutrazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Parathion

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Parathion-Metil (total ta' Parathion Methyl u Paraoxon-Metil espress bħala Parathion-Metil)

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Penconazole

 (2)

 (3)

 (1)

Pendimethalin

 

 (3)

 (1)

Permethrin (total ta' cis- u trans-permethrin)

 (4)

 (5)

 (6)

Phenthoate

 

 (3)

 (1)

Phosalone

 (2)

 (3)

 (1)

Phosmet (Phosmet u Phosmet oxon espressi bħala Phosmet)

 (2)

 (3)

 (1)

phoxim (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Pirimicarb (total ta' Pirimicarb u Desmethylpirimicarb espress bħala Pirimicarb)

 (2)

 (3)

 (1)

Pirimiphos-metil

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Prochloraz (total ta' Prochloraz + u l-metaboliti tiegħu li fihom it-2,4,6-Trichlorophenol moiety espress bħala Prochloraz)

 (2)

 (3)

 (1)

Procymidone

 (2)

 (3)

 (1)

Profenofos

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Propamocarb (total ta' Propamocarb u l-imluħa tiegħu espress bħala Propamocarb)

 (2)

 (3)

 (1)

Propargite

 (2)

 (3)

 (1)

Propiconazole

 

 (3)

 (1)

Propyzamide

 

 (3)

 (1)

Prothioconazole (Prothioconazole-desthio) (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Pyrazophos

 (4)

 (5)

 (6)

Pyrethrins

 

 

 (1)

Pyridaben

 (2)

 (3)

 (1)

Pyrimethanil

 (2)

 (3)

 (1)

Pyriproxyfen

 (2)

 (3)

 (1)

Quinoxyfen

 (2)

 (3)

 (1)

Quintozene (total ta' Quintozen u Pentachloraniline espress bħala Quintozene)

 

 (5)

 (6)

Resmethrin (total ta' isomeri)

 (4)

 (5)

 (6)

Spinosad (total ta' Spinosyn A u Spinosyn D, espress bħala Spinosad)

 

 (3)

 (1)

Spiroxamine

 (2)

 (3)

 (1)

Tebuconazole

 (2)

 (3)

 (1)

Tebufenozide

 (2)

 (3)

 (1)

Tebufenpyrad

 (2)

 (3)

 (1)

Tecnazene

 

 (5)

 (6)

Teflubenzuron

 (2)

 (3)

 (1)

Tefluthrin (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Tetraconazole

 

 (3)

 (1)

Tetradifon

 (2)

 (3)

 (1)

Thiabendazole

 (2)

 (3)

 (1)

Thiacloprid

 (2)

 (3)

 (1)

Thiophanate-metil

 (2)

 (3)

 (1)

Tolcloflos-metil

 (2)

 (3)

 (1)

Tolylfluanid (total ta' Tolylfluanid u Dimethylaminosulfotoluidide espress bħala Tolilfluwanid)

 (2)

 (3)

 (1)

Triadimefon u triadimenol (total ta' triadimefon u triadimenol)

 (2)

 (3)

 (1)

Triazophos

 (2)  (4)

 (3)  (5)

 (1)  (6)

Trichlorfon (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Trifloxystrobin

 (2)

 (3)

 (1)

Trifluralin

 

 (3)

 (1)

Triticonazole (***)

 (2)

 (3)

 (1)

Vinclozolin (total ta' Vinclozolin u l-metaboliti kollha li fihom it-3,5-dichloraniniline moiety, espress bħala Vinclozolin)

 (2)

 (3)

 (1)


(1)  Fażola (friska jew iffriżata, mingħajr miżwed), zunnarija, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, u spinaċi (friska jew iffriżata).

(2)  Brunġiel, banana, pastard, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ, piżelli (friski/iffriżati, mingħajr miżwed), bżar (ħelu) u qamħ.

(3)  Tuffieħ, kaboċċi tar-ras, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur u frawli.

(4)  Butir, Bajda.

(5)  Ħalib, laħam tal-majjal.

(6)  Laħam tat-tajr, fwied (annimali bovini u annimali oħra li jixtarru, majjali u tajr).

(*)  Klormekwat u mepikwat għandhom ikunu analizzati fiċ-ċereali (ħlief ir-ross), zunnarija, ħxejjex tal-frott u lanġas.

(**)  Ċereali biss.

(***)  Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2009.


ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott li għandhom jittieħdu u jkunu analizzati minn kull Stat Membru.

Stat Membru

Kampjuni

BE

12  (*)

15  (**)

BG

12  (*)

15  (**)

CZ

12  (*)

15  (**)

DK

12  (*)

15  (**)

DE

93

EE

12  (*)

15  (**)

EL

12  (*)

15  (**)

ES

45

FR

66

IE

12  (*)

15  (**)

IT

65

CY

12  (*)

15  (**)

LV

12  (*)

15  (**)

LT

12  (*)

15  (**)

LU

12  (*)

15  (**)

HU

12  (*)

15  (**)

MT

12  (*)

15  (**)

NL

17

AT

12  (*)

15  (**)

PL

45

PT

12  (*)

15  (**)

RO

17

SI

12  (*)

15  (**)

SK

12  (*)

15  (**)

FI

12  (*)

15  (**)

SE

12  (*)

15  (**)

UK

66

NUMRU TOTALI MINIMU TA’ KAMPJUNI: 642


(*)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.

(**)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu multiplu.