25.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1163/2008

ta' l-24 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għal ċerti stokkijiet ta’ Norway pout, merlangu u haddock

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti [azzjonijiet] tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(5) u l-Artikolu 5(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-limiti preliminarji ta' qbid għall-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma stabbiliti fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi dawk il-limiti tal-qbid fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel semestru tal-2008.

(3)

Fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel semestru tal-2008, il-limiti finali tal-qbid għan-Norway pout fiż-żoni kkonċernati għandhom jiġu ffissati.

(4)

Skont il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, jekk il-qbid fl-2008 jilħaq total ta’ 148 000 tunnellati, li jikkorrispondu għal valur tal-mortalità tal-ħut ta’ 0,6 dan għandu jwassal biex l-istokk jinżamm ogħla mil-limiti prekawzjonarji.

(5)

In-Norway pout huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta bejn iż-żewġ Partijiet. Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-konsultazzjonijiet li saru man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tal-Memorjal Maqbul tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tas-26 ta' Novembru 2007.

(6)

Konsegwentement, is-sehem tal-Komunità mill-qabdiet totali permessi (TAC) tan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandhom jiġu stabbiliti għal 75 % ta’ 148 000 tunnellata.

(7)

Skont l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 40/2008, il-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IIIa tal-ICES, għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IV tal-ICES u tal-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES, u għall-istokkijiet ta’ haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId, u għall-istokk ta’ haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni bħala konsegwenza tar-reviżjoni tal-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ Norway pout f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, biex jitqies il-qbid inċidentali kollu ta’ dawk l-istokkijiet fis-sajd għan-Norway pout.

(8)

Fid-dawl tal-limitazzjonijiet tas-sajd għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tbassir ġdid ta’ qbid inċidentali ta’ haddock u merlangu minn sajd industrijali ieħor li jseħħ f’dawk iż-żoni, il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet tal-merlangu u tal-haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE fiż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES għandhom jibqgħu l-istess għall-bqija tas-sena 2008.

(9)

Meta jitqies l-iffissar tal-limiti finali tal-qbid għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES, il-limiti tal-qbid għall-merlangu u l-haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandhom jiġu riveduti.

(10)

In-Norway pout hija speċi li ma tgħix għal żmien twil. Għaldaqstant, il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed tal-istokk.

(11)

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Norway pout

Trisopterus esmarki

Żona

:

IIIa; L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV

NOP/2A3A4.

Id-Danimarka

109 898

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Il-Ġermanja

21  (1)

L-Olanda

81  (1)

KE

110 000

In-Norveġja

1 000  (2)

TAC

Mhux rilevanti

(2)

L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ merlangu fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona

:

IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa

WHG/2AC4.

Il-Belġju

367

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Id-Danimarka

1 587

Il-Ġermanja

413

Franza

2 385

L-Olanda

917

L-Iżvezja

3

Ir-Renju Unit

9 330

KE

15 002  (3)

In-Norveġja

1 785  (4)

TAC

17 850

(3)

L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Haddock

Melanogrammus aegledfinus

Żona

:

IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa

HAD/2AC4.

Il-Belġju

279

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Id-Danimarka

1 920

Il-Ġermanja

1 222

Franza

2 129

L-Olanda

209

L-Iżvezja

193

Ir-Renju Unit

31 664

KE

37 616  (5)

In-Norveġja

8 082

TAC

46 444


(1)  Il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES biss.

(2)  Din il-kwota jista’ jsir sajd għaliha fid-Diviżjoni VIa, fit-Tramuntana ta’ 56°30′N.”

(3)  Eskluża stima ta' 1 063 tunnellata ta' qbid inċidentali industrijali.

(4)  Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-KE. Qabdiet meħuda fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjonijiet speċjali

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwantitajiet stipulati hawn taħt miż-żoni ICES speċifikati:

 

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(WHG/*04N-)

KE

10 884 ”

(5)  Eskluża stima ta' 746 tunnellata ta' qbid inċidentali industrijali.

Kundizzjonijiet speċjali

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni speċifikati:

 

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(HAD/*04N-)

KE

28 535 ”