19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1138/2008

tat-13 ta’ Ottubru 2008

li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehim fis-sura ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, (minn hawn ’il quddiem “In-Nomenklatura Magħquda”), u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/870/KE (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba (il-“Ftehim”) bil-ħsieb li jingħalqu negozjati mibdija skont l-Artikolu XXIV: 6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, għandu jiġi supplimentat bil-volumi li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti ma għandux jiġi kkunsidrat bħala li għandu iktar minn valur indikattiv, bil-konċessjonijiet jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni tar-Regolament preżenti. Fejn jiġu indikati l-kodiċijiet ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, it-termini u l-kundizzjonijiet l-oħrajn huma dawn li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kundizzjonijiet oħrajn

Numri tat-tariffa tal-prodott

1701 11 10

Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar

Żid allokazzjoni ta' pajjiż ta' 20 000 tunnellata għal Kuba għas-sena kummerċjali 2008/2009 fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, bir-rata in-quota ta’ 98 EUR/t.

Żid allokazzjoni ta' pajjiż ta' 10 000 tunnellata għal Kuba mis-sena kummerċjali 2009/2010 fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, bir-rata in-quota ta’ 98 EUR/t.