15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 306/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1131/2008

ta’ l-14 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur bl-ajru li jopera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 stabbilixxa l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

(2)

Skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni tagħrif li huwa rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista Komunitarja. Ġie kkomunikat ukoll tagħrif rilevanti mingħand pajjiżi terzi. Abbażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati, direttament, jew fejn dan ma kienx prattikabbli, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li għandhom jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni biex tkun imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità, jew biex jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur bl-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati tathom l-opportunità biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, kif ukoll lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’każijiet speċifiċi, minn xi Stati Membri.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

Trasportaturi bl-ajru tal-Komunità

(7)

Wara informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu mis-SAFA fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru tal-Komunità, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki speċifiċi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avajazzjoni tagħhom, it-trasportaturi bl-ajru li ġejjin kienu soġġetti għal miżuri ta’ infurzar min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali bir-responsabbiltà għas-sorveljanza: l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja, wara li kienu sodisfatti bil-miżuri korrettivi implimentati mit-trasportatur bl-ajru MSR Flug Charter GmbH, madankollu ddeċidew fil-31 ta’ Ottubru 2008 li jissospendu l-liċenzja tal-operat ta’ dan it-trasportatur wara li dan iddikjara li kien fallut, u b’hekk qam il-potenzjal ta’ diffikultajiet konsegwenti fir-rispett tar-rekwiżiti ta’ sikurezza; l-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall fl-10 ta’ Ottubru 2008 ssospendew l-AOC tat-trasportatur bl-ajru Luzair, sa ma jkun iċċertifikat mill-ġdid f’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli tal-Komunità; l-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja fit-28 ta’ Ottubru 2008 bdew il-proċedura għas-sospensjoni tal-AOC tat-trasportatur bl-ajru Bravo Airlines; l-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja fl-24 ta’ Ottubru 2008 ssospendew għal tliet xhur l-AOC tat-trasportatur bl-ajru Hellenic Imperial Airways. Dan tal-aħħar talab li jagħmel preżentazzjoni quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Arju, u din il-preżentazzjoni għamilha fit-3 ta’ Novembru 2008.

Trasportaturi bl-ajru mill-Angola

(8)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2008, il-Kummissjoni rċeviet tagħrif ġdid li jikkonferma l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi tas-sikurezza fl-INAVIC. Fl-1 ta’ Ottubru 2008, l-ICAO ppubblikat ir-rapport finali tal-verifika li wettqet fuq l-Angola mis-26 ta’ Novembru sal-5 ta’ Diċembru 2007 fil-qafas tal-Universal Safety Oversight Audit Programme (USOAP) tagħha. Ir-rapport fih ukoll il-kummenti tal-awtorità li fuqha saret il-verifika, kif ukoll l-azzjonjiet korrettivi sottomessi lill-ICAO biex jissolvew is-sejbiet. Kien hemm sitta u erbgħin (46) sejba fl-oqsma rilevanti koperti bl-Annessi Nri 1, 6, 8 u 13 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dawn is-sejbiet jindikaw livell għoli ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni effikaċi tal-Prattiċi Standard u Rakkomandati (Standard and Recommended Practices, SARPs) tal-ICAO f'kull waħda mit-tmien elementi kritiċi tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. B’mod partikolari, l-elementi kritiċi b’aktar minn 80 % nuqqas ta’ implimentazzjoni huma l-leġislazzjoni primarja dwar l-avjazzjoni (84 %), ir-regolamenti speċifiċi għall-operat (89 %), il-kwalifiki u t-taħriġ tal-personal tekniku (81 %), l-obbligi tal-liċenzjar u ċertifikazzjoni (81 %), l-obbligi ta’ sorveljanza (80 %) u s-soluzzjoni ta’ tħassib dwar is-sikurezza (100 %). Barra minn hekk, hemm tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza espress mill-ICAO fil-qasam taċ-ċertifikati u s-superviżjoni tal-operat tal-inġenji tal-ajru, dwar jekk, anki wara s-sottomissjoni ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva u azzjonijiet min-naħa tal-INAVIC, “l-operaturi tal-ajru li jwettqu operazzjonijiet internazzjonali jistgħux juru li jaqdu r-regolamenti stipulati mill-INAVIC biex jissodisfaw il-provvedimenti tal-Anness 6 tal-ICAO”. Fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport, 50 % tal-azzjonijiet korrettivi kellhom ikunu implimentati.

(9)

Din is-sitwazzjoni tikkonferma r-rapport tat-tim ta’ esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, li wettaq missjoni ta’ tkixxif tal-fatti fl-Angola mit-18 sat-22 ta’ Frar 2008. Tabilħaqq, ir-rapport ta’ verifika tal-USOAP jikkonferma li bħalissa t-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Angola għandhom AOCs li mhumiex konformi mal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. It-tlestija taċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru, skond il-pjan ta’ azzjoni korrettiva sottomess lill-ICAO, mhijiex prevista qabel il-31 ta’ Mejju 2009.

(10)

Il-Kummissjoni indirizzat ittra fis-6 ta’ Ottubru 2008 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, li permezz tagħha dawn l-awtoritajiet kif ukoll kull waħda mil-linji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola ngħataw l-opportunità li jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti qabel ma tittieħed deċiżjoni. Barra minn hekk, kull waħda minn dawn il-linji tal-ajru fl-istess waqt kienet mistiedna tressaq kummenti bil-miktub u/jew tagħmel preżentazzjon bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikrezza tal-Ajru.

(11)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi tal-INAVIC lejn l-implimentazzjoni gradwali tal-azzjonijiet korrettivi proposti lill-ICAO. Madankollu, sakemm ma jkunx hemm evidenza tat-twettiq sodisfaċenti tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-riċertifikazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru f’konformità sħiħa mal-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kummissjoni, abbażi tal-kriterji komuni, tqis li t-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fl-Angola għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni tal-operat, u għaldaqstant għandhom jiddaħħlu fl-Anness A. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet tal-Angola fuq din il-kwistjoni, mingħajr dewmien.

Trasportaturi bl-ajru mir-Renju tal-Kambodja

(12)

Hemm evidenza vverifikata li l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fir-Renju tal-Kambodja mhumiex kapaċi biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza, kif uriet il-verifika tal-USOAP li wettaq l-ICAO f’Novembru-Diċembru 2007, li rrapportat għadd kbir ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali. Barra minn hekk, l-ICAO kkomunikat lill-partijiet involuti kollha l-eżistenza ta’ tħassib sinifikanti fir-rigward tas-sikurezza u tal-kapaċità tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Kambodja biex jaqdu d-dmir tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-ajru. Konsegwentement, kif previst fil-premessa 35 tar-Regolament (KE) Nru 715/2008, il-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2008 stiednet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja (SSCA) u trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Kambodja biex jipprovdu, f'waqtha, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati mill-ICAO, u b'mod partikolari r-riċertifikazzjoni tal-linji tal-ajru.

(13)

L-SSCA għarrfet lil-Kummissjoni li rrevokat l-AOCs tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Sarika Air Services, Royal Air Services, Royal Khmer Airlines u Imtrec Aviation. Barra minn hekk, l-AOC ta’ PMT Air ġie sospiż sat-12 ta’ Apil 2009 minħabba nuqqas ta’ ħarsien tar-Regolamenti Kambodjani dwar l-Avjazzjoni Ċivili.

(14)

Madankollu, għad baqa’ tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward ta’ Siem Reap Airways International. L-AOC ta’ dan it-trasportatur tkompla mingħajr kwalunkwe limitazzjoni ġeografika, filwaqt li nkisbet evidenza li l-operatur ma jikkonformax mar-Regolamenti Kambodjani dwar l-Avjazzjoni Ċivili u ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ICAO. Għaldaqstant, abbażi tal-kriterji komuni, il-valutazzjoni hija li dan it-trasportatur bl-ajru għandu jkun soġġett għal projbizzjoni tal-operat u għalhekk jiddaħħal fl-Anness A. Il-Kummissjoni lesta tipprovdi assistenza teknika lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Kambodja u fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sejra teżamina l-qagħda tas-sikurezza ta’ dan it-trasportatur bl-ajru abbażi ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni mressqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Kambodja.

Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Filippini

(15)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tat-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini, kif ukoll li l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini mhumiex kapaċi biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza, kif jixhed it-tnaqqis tal-klassifika tal-pajjiż għas-sikurezza għall-kategorija 2 min-naħa tal-Federal Aviation Administration (FAA) tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-programm IASA tagħha, li jindika li r-Repubblika tal-Filippini ma tilħaqx l-istandards internazzjonali stipulati mill-ICAO.

(16)

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini fit-13 ta’ Ottubru 2008 ppreżentaw lill-Kummissjoni pjan dettaljat ta’ azzjoni korrettiva biex isewwu l-qagħda tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tal-pajjiż, biex, meta jkun kompletat, ir-Repubblika tal-Filippini tkunu tista’ turi konformità sostenibbli mal-istandards tal-ICAO sew fis-sistema tas-sorveljanza statali kif ukoll fl-operat tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati minn dawn l-awtoritajiet. Skond dak il-pjan, madwar nofs l-azzjonijiet korrettivi għandhom ikunu twettqu sal-31 ta’ Diċembru 2008, filwaqt li l-bqija jitwettqu sal-31 ta’ Marzu 2009.

(17)

Fil-qafas tal-USOAP, l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini talbu lill-ICAO biex tipposponi l-ispezzjoni komprensiva tal-Uffiċċju tat-Trasport tal-Ajru nazzjonali tagħhom mid-data oriġinalment prevista, Novembru 2008, sa Ottubru 2009.

(18)

Il-Kummissjoni Ewropea, bl-għajnuna tal-Istati Membri, fl-ewwel parti tal-2009 biħsiebha twettaq valutazzjoni tas-sikurezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini, inkluża l-verifika tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi msemmi hawn fuq, biex f’waħda mil-laqgħat li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tkun tista’ tiddeċiedi dwar l-aktar azzjoni xierqa.

Trasportaturi bl-ajru mill-Ginea Ekwatorjali

(19)

L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ginea Ekwatorjali pprovdew lill-Kummissjoni tagħrif li jindika li ħarġu AOCs lit-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: EGAMS u Star Equatorial Airlines. Billi l-awtoritajiet imsemmija wrew nuqqas ta’ kapaċità biex iwettqu sorveljanza xierqa tas-sikurezza tat-trasportaturi ċċertifikati minnhom, dawn iż-żewġ trasportaturi għandhom ukoll jiddaħħlu fl-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mill-Kirgiżistan

(20)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża pprovdew lill-Kummissjoni evidenza tal-irtirar tal-AOCs tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Asia Alpha Airways, Artik Avia, Esen Air, Kyrgyzstan Airlines, u Osh Avia. Billi dawn it-trasportaturi konsegwentement waqqfu l-attivitajiet tagħhom, għandhom jitneħħew mill-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mis-Sierra Leone

(21)

L-awtoritajiet kompetenti tas-Sierra Leone pprovdew lill-Kummissjoni evidenza tat-tħassir tal-AOC tat-trasportatur bl-ajru Bellview Airlines (SL). Billi dan it-trasportatur konsegwentement waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jitneħħa mill-Anness A.

Yemenia – Yemen Airways

(22)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2008, il-Kummmissjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen kif ukoll mingħand it-trasportatur bl-ajru Yemenia li l-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi kien qed jiġi diskuss u eżaminat flimkien mal-Airbus, li kienet wettqet verifiki tal-kumpanija fl-oqsma tal-manutenzjoni u l-operazzjonijiet. Fis-17 ta’ Settembru 2008 l-Kummissjoni rċeviet ir-riżultati ta’ dawn id-diskussjonijiet.

(23)

Il-Kummissjoni kienet qed issegwi mill-qrib il-prestazzjoni ta’ sikurezza tat-trasportatur bl-ajru, u tqis li r-riżultati tal-kontrolli fir-rampa mwettqa fuq inġenji tal-ajru operati mill-Yemenia lejn il-Komunità mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 juru li l-kumpanija kienet qed timplimenta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva tagħha fil-qasam tal-manutenzjoni u d-dixxiplina operattiva b’mod sostenibbli, biex tevita rikorrenza ta’ nuqqqasijiet sinifikanti tas-sikurezza. Wara kontrolli fir-rampa fuq inġenji tal-ajru tal-Yemenia, li inkludew sejbiet li indikaw nuqqasijiet serji ta’ konformità, il-Kummissjoni għamlet smigħ mat-trasportatur bl-ajru fil-15 ta’ Ottubru, li fih ingħatat dokumentazzjoni li turi li t-trasportatur bl-ajru kien irreaġixxa sewwa u f’waqtu biex isolvi s-sejbiet b’mod sostenibbli. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li, abbażi ta’ din l-informazzjoni, l-ebda azzjoni ulterjuri mhija meħtieġa. L-Istati Membri għandhom sistematikament jivverifikaw il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skond ir-Regolament (KE) Nru 351/2008.

Nouvelle Air Affaires Gabon

(24)

It-trasportatur bl-ajru Nouvelle Air Affaires Gabon talab li jagħmel preżentazzjoni quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u s-smigħ sar fit-3 ta’ Novembru 2008. Il-Kummissjoni nnutat li din il-linja tal-ajru għamlet riorganizzazzjoni u bdiet sensiela ta’ azzjonijiet korrettivi biex tkun tista’ turi, fl-aħħar mill-aħħar, li hija konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Madankollu, it-trasportatur bl-ajru ma ressaqx evidenza ddokumentata li l-pjan ta’ azzjoni korrettiva kien ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon u lanqas li ġie vverifikat li qed ikun implimentat.

(25)

Rigward l-eżerċizzju tas-superviżjoni tas-sikurezza ta’ dan it-trasportatur bl-ajru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon ma pprovdewx evidenza li l-attivitajiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru jitwettqu f’konformità mal-istandards internazzjonali, u lanqas li l-miżuri msemmija fil-premessa (15) tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 ġew implimentati għal dan it-trasportatur bl-ajru. Fil-5 ta’ Novembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon bagħtu informazzjoni rigward l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq ċerti trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Gabon. Din l-informazzjoni ma kien fiha l-ebda evidenza dwar is-superviżjoni fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

(26)

B’konsegwenza ta’ dan, abbażi tal-kriterji komuni, il-Kummissjoni tqis li, f’dan l-istadju, it-trasportatur bl-ajru ma jistax ikun irtirat mill-Anness A tal-lista tal-Komunità.

Trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

Ukraine Cargo Airways

(27)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina fl-14 ta’ Awwissu 2008 bagħtu lill-Kumissjoni l-AOC l-ġdid tat-trasportatur bl-ajru, validu mill-4 ta’ Awwissu 2008, bl-informazzjoni li wara li kienu spezzjonaw it-trasportatur bl-ajru f’Ġunju u Lulju 2008, iddeċidew li jneħħu r-restrizzjonijiet kollha preċedenti u li jawtorizzaw li l-inġenji tal-ajru li ġejjin jiżdiedu mal-AOC tat-trasportatur bl-ajru: ħames IL-76 bil-marki ta’ reġistrazzjoni UR-UCC, UR-UCA, UR-UCT, UR-UCU u UR-UCO; AN-12 wieħed bil-marka ta’ reġistrazzjoni UR-UCN; u żewġ AN-26 bil-marki ta’ reġistrazzjoni UR-UDM u UR-UDS. Barra minn hekk, skond l-AOC l-ġdid tat-trasportatur bl-ajru, l-inġenji tal-ajru li ġejjin tneħħew minħabba li ma kkonformawx mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza: erba’ IL-76 bil-marki ta’ reġistrazzjoni UR-UCD, UR-UCH, UR-UCQ u UR-UCW; AN-26 wieħed bil-marka ta’ reġistrazzjoni UR-UCP; u TU-154-B2 wieħed bil-marka ta’ reġistrazzjoni UR-UCZ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Awstrija fil-31 ta’ Ottubru 2008 infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina li kienu jikkunsidraw li s-sejbiet fil-kontrolli fir-rampa tas-SAFA fl-2007 u l-2008 fuq inġenju tal-ajru AN-12 tat-trasportatur bl-ajru bil-marka ta’ reġistrazzjoni UR-UCK kienu magħluqa. L-inġenju tal-ajru tneħħa mill-AOC tal-kumpanija.

(28)

It-trasportatur bl-ajru talab li jagħmel preżentazzjoni quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Arju, u din il-preżentazzjoni għamilha fit-3 ta’ Novembru 2008. Fil-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina reġgħu saħqu li n-nuqqas ta’ konformità preċedenti ta’ għadd ta’ inġenji tal-ajru, li sa dak il-waqt kienu ristretti fl-operat minħabba d-deċiżjoni tagħhom ta’ Frar 2008, kien minħabba “deċiżjonijiet ekonomiċi u teknoloġiċi”. Madankollu dawn l-awtoritajiet ma spjegawx kif it-trasportatur bl-ajru kien għeleb id-diffikultajiet “ekonomiċi u teknoloġiċi” preċedenti. Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda informazzjoni rigward is-sitwazzjoni l-ġdida tat-trasportatur bl-ajru biex tiżgura li kwalunkwe azzjoni korrettiva għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta' sikurezza tal-flotta kollha tiegħu kienet kapaċi tipprovdi soluzzjonijiet sostenibbli.

(29)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi tat-trasportatur bl-ajru biex jimplimenta azzjonijiet korrettivi biex isolvi n-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza identifikati. Madankollu, fl-assenza ta’ evidenza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina rigward il-verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi u l-effikaċja ta’ tali azzjonijiet biex isolvu n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati b’mod sostenibbli, il-Kummissjoni tqis li, f’dan l-istadju, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur bl-ajru ma jistax jitneħħa mill-Anness A tal-lista tal-Komunità. Għandha tkun organizzata żjara fil-post, b’mod konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, qabel ma tkun ikkunsidrata kwalunkwe modifika tal-projbizzjoni tal-operat imposta fuq it-trasportatur. It-trasportatur u l-awtoritajiet tiegħu dan aċċettawh fil-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru.

Ukrainian Mediterranean Airlines

(30)

It-trasportatur bl-ajru fil-15 ta’ Ottubru 2008 għarraf lill-Kummissjoni li kien lesta pjan ta’ azzjoni korrettiva li solva n-nuqqasijiet kollha li kienu ġew rilevati qabel, u talab li jagħmel preżentazzjoni quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Is-smigħ tal-Ukrainian Mediterranean Airlines sar fit-3 ta’ Novembru 2008. Fil-preżentazzjoni tagħha, il-kumpanija għamlet referenza aktar ġenerali għall-impatt ekonomiku li kienet ġarrbet fiż-żmien li għamlet fl-Anness A, u stqarret li l-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha kienet tjiebet, billi indikat li mill-2007 kienet ġarrbet għadd iċken ta' inċidenti serji fl-Ukraina minn trasportaturi bl-ajru oħra tal-Ukraina. Barra minn hekk, stqarret li l-AOC tagħha kien iġġedded fil-31 ta’ Ottubru 2008 wara verifika min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina. It-trasportatur bl-ajru ressaq materjal b’evidenza tal-approvazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu min-naħa tal-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina, bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2008.

(31)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina fl-24 ta’ Ottubru ġew mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-verifika dettaljata tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi min-naħa tal-Ukraine Mediterranean Airlines, biex il-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jkunu jistgħu jevalwaw l-adegwatezza tal-azzjonijiet korrettivi. Ġew mistiedna wkoll jibagħtu informazzjoni dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet li dawn l-awtoritajiet kienu wettqu fuq dan it-trasportatur bl-ajru rigward l-AOC tiegħu u l-konformità tiegħu mal-istandards u l-prattiki rakkomandati rilevanti tal-ICAO. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dokumentazzjoni ta’ dan it-tip mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina.

(32)

Għaldaqstant, ġaladarba l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja fuq dan it-trasportatur bl-ajru ma wrewx li implimentaw u infurzaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tqis li ma ngħatatx l-evidenza meħtieġa u suffiċjenti biex tivvaluta l-adegwatezza tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva biex jissewwew b’mod sostenibbli n-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza li kienu wasslu għall-impożizzjoni tal-projbizzjoni tal-operat fil-Komunità bir-Regolament (KE) Nru 1043/2007 tal-11 ta’ Settembru 2007.

(33)

B’konsegwenza ta’ dan, abbażi tal-kriterji komuni, il-Kummissjoni tqis li, f’dan l-istadju, it-trasportatur bl-ajru ma jistax jitneħħa mill-Anness A. Għandha tkun organizzata żjara fil-post, b’mod konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, qabel ma tkun ikkunsidrata kwalunkwe modifika tal-projbizzjoni tal-operat imposta fuq it-trasportatur. It-trasportatur u l-awtoritajiet tiegħu dan aċċettawh fil-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

(34)

Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għall-fatt li, minkejja żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati fl-Ukraina fl-ispezzjonijiet fir-rampa baqa’ jikxef riżultati ta’ tħassib. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ġew mistiedna jipprovdu kjarifiki u jieħdu miżuri korrettivi, fejn dawn ikunu f’lokhom. Dawn l-awtoritajiet fl-10 ta’ Ottubru għarrfu lil-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza u miżuri ta’ infurzar tagħhom fuq it-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina.

(35)

Kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 715/2008, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina biex jissottomettu rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva stabbilit biex itejjeb u jsaħħaħ l-eżerċizzju tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ukraina. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ssottomettew rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi fl-10 ta’ Ottubru 2008. Dan ir-rapport juri żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina li jaffettwaw l-għadd ta’ spetturi tal-inġenji tal-ajru, spezzjonijiet tal-AOC u attivitajiet ta’ infurzar. Madankollu, juri wkoll li l-parti l-kbira tal-azzjonijiet li kellhom isiru f’Settembru 2008 kellhom jiġu posposti għal tmiem is-sena, fosthom l-adozzjoni tal-Kodiċi tal-Avjazzjoni, u l-azzjonijiet korrettivi li jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Qabel ma tipproponi kwalunkwe azzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni sejra tivverifika l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħrajn inklużi fl-Annessi A u B

(36)

L-ebda evidenza ma ġiet ikkomunikata s’issa lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet korrettivi adegwati mit-trasportaturi l-oħrajn inklużi fil-lista Komunitarja, kif aġġornata fl-24 ta’ Lulju 2008, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru, minkejja li l-Kummissjoni ressqet talbiet speċifiċi għal dan. Għaldaqstant, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (Anness B), skond xi jkun il-każ.

(37)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A għandu jinbidel bl-Anness A għal dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness B għandu jinbidel bl-Anness B għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p.14.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p.4.


ANNESS A

LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (l-AOC) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

Numru ta’ deżinjazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-operatur

AIR KORYO

Mhux magħruf

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (id-DPRK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Is-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

009

AFG

L-Afganistan

SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL

AOC/013/00

SRH

Il-Kambodja

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Rwanda

UKRAINE CARGO AIRWAYS

145

UKS

L-Ukraina

UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES

164

UKM

L-Ukraina

VOLARE AVIATION ENTREPRISE

143

VRE

L-Ukraina

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

L-Angola

AEROJET

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

AIR26

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

AIR GEMINI

02/2008

Mhux magħruf

L-Angola

AIR GICANGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

AIR NAVE

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

ALADA

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

DIEXIM

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

GIRA GLOBO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

HELIMALONGO

11/2008

Mhux magħruf

L-Angola

MAVEWA

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

RUI & CONCEICAO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

SAL

Mhux magħruf

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

14/2008

Mhux magħruf

L-Angola

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

L-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICA ONE

409/CAB/MIN/TC/0114/2006

CFR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER SPRL

409/CAB/MIN/TC/0005/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIGLE AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0042/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BENI

409/CAB/MIN/TC/0019/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BOYOMA

409/CAB/MIN/TC/0049/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR INFINI

409/CAB/MIN/TC/006/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TC/0118/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR NAVETTE

409/CAB/MIN/TC/015/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR TROPIQUES S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0107/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BEL GLOB AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0073/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0109/2006

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUSINESS AVIATION S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0117/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUTEMBO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0056/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CARGO BULL AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0106/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/037/2005

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMAIR

409/CAB/MIN/TC/0057/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TC/0111/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0054/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

EL SAM AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0002/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ESPACE AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0003/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FILAIR

409/CAB/MIN/TC/0008/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FREE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0047/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GALAXY INCORPORATION

409/CAB/MIN/TC/0078/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TC/0023/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0048/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TC/0108/2006

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

I.T.A.B. — INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS

409/CAB/MIN/TC/0022/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KATANGA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0088/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KIVU AIR

409/CAB/MIN/TC/0044/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

LIGNES AERIENNES CONGOLAISES

Firma ministerjali (ordinanza 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0113/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALILA AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0112/2006

MLC

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0007/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

PIVA AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0001/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

RWAKABIKA BUSHI EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0052/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFARI LOGISTICS SPRL

409/CAB/MIN/TC/0076/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0004/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TC/0115/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SUN AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0077/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TEMBO AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0089/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

THOM'S AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0009/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TC/020/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRACEP CONGO

409/CAB/MIN/TC/0055/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANS AIR CARGO SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0110/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS (TRACO)

409/CAB/MIN/TC/0105/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

VIRUNGA AIR CHARTER

409/CAB/MIN/TC/018/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0116/2006

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TC/0046/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

Mhux magħruf

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

EGAMS

Mhux magħruf

EGM

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

n/a

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

n/a

Il-Ginea Ekwatorjali

STAR EQUATORIAL AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

L-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AIRFAST INDONESIA

135-002

AFE

L-Indoneżja

ASCO NUSA AIR TRANSPORT

135-022

Mhux magħruf

L-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

L-Indoneżja

ATLAS DELTASATYA

135-023

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

L-Indoneżja

BALAI KALIBRASI FASITAS PENERBANGAN

135-031

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

L-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

L-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTAR BENUA

135-032

Mhux magħruf

L-Indoneżja

GARUDA INDONESIA

121-001

GIA

L-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

L-Indoneżja

HELIZONA

135-003

Mhux magħruf

L-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

L-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-017

IDA

L-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

L-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

L-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

Mhux magħruf

L-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

L-Indoneżja

LINUS AIRWAYS

121-029

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MANDALA AIRLINES

121-005

MDL

L-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MEGANTARA AIRLINES

121-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA

121-002

MNA

L-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

L-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

135-001

PAS

L-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

REPUBLIC EXPRES AIRLINES

121-040

RPH

L-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-017

RIU

L-Indoneżja

SAMPURNA AIR NUSANTARA

135-036

Mhux magħruf

L-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

L-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

L-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

L-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

135-006

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRAVEL EXPRES AIRLINES

121-038

XAR

L-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

121-018

TMG

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

135-037

TMG

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

L-Indoneżja

WING ABADI NUSANTARA

121-012

WON

L-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK)

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

il-Liberja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Repubblika tal-Gabon, bl-eċċezzjoni ta’ Gabon Airlines u Afrijet, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR SERVICES SA

0002/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

0026/MTACCMDH/SGACC/DTA

NIL

Ir-Repubblika tal-Gabon

NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

0020/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

0045/MTACCMDH/SGACC/DTA

NVS

Ir-Repubblika tal-Gabon

SCD AVIATION

0022/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

SKY GABON

0043/MTACCMDH/SGACC/DTA

SKG

Ir-Repubblika tal-Gabon

SOLENTA AVIATION GABON

0023/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Is-Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Is-Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Is-Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Is-Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Is-Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

Mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ (wet-leasing) mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu

(u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC)

Numru tad-destinazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-operatur

It-tip ta' inġenji tal-ajru

Marka/i tar-reġistrazzjoni, u fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

AFRIJET (2)

0027/MTAC/SGACC/DTA

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha għajr:

2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; inġenju tal-ajru 1 tat-tip Falcon 900

Il-flotta kollha għajr:

TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha għajr:

LET 410 UVP

Il-flotta kollha għajr:

D6-CAM (851336)

Il-Komoros

GABON AIRLINES (3)

0040/MTAC/SGACC/DTA

GBK

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha għajr:

inġenju tal-ajru 1 tat-tip Boeing B-767-200

Il-flotta kollha għajr: TR-LHP

Ir-Repubblika tal-Gabon


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ (wet-leasing) mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  It-trasportatur Afrijet għandu l-permess biss li juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(3)  It-trasportatur Gabon Airlines għandu l-permess biss li juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.