15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 306/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1128/2008

ta' l-14 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward tal-lista ta' bastimenti li jwettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat fit-Tramuntana tal-Atlantiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 4 tal-Anness XIII tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea ilha mill-1981 Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (2). Ir-Regolament (KE) Nru 40/2008 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jimplimentaw il-miżuri deċiżi f'dak il-kuntest, inkluż fl-Appendiċi għall-Anness XIII tal-lista ta' bastimenti li ġew konfermati mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku(NEAFC) kif ukoll mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (NAFO) li wettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (il-lista IUU).

(2)

F'Lulju 2008, il-NEAFC għamlet rakkomandazzjoni li temenda l-lista IUU. L-implimentazzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni fil-Komunità għandha tiġi żgurata.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1

(2)  ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21


ANNESS

Fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 40/2008, l-Appendiċi għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Appendiċi għall-Anness XIII

Lista ta' bastimenti bin-numri IMO li ġejjin li l-NEAFC u n-NAFO kkonfermaw li wettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

In-numru tal-IMO (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment

Isem il-bastiment (2)

L-Istat tal-Bandiera (2)

7436533

ALFA

Il-Ġeorġja

7612321

AVIOR

Il-Ġeorġja

8522030

CARMEN

Ex Ġeorġja

7700104

CEFEY

Ir-Russja

8028424

CLIFF

Il-Kambodja

8422852

DOLPHIN

Ir-Russja

7321374

ENXEMBRE

Il-Panama

8522119

EVA

Ex Ġeorġja

8604668

FURABOLOS

 

6719419

GORILERO

Is-Sjerra Leone

7332218

IANNIS I

Il-Panama

8422838

ISABELLA

Ex Ġeorġja

8522042

JUANITA

Ex Ġeorġja

6614700

KABOU

Il-Ginea Conakry

8707240

MAINE

Il-Ginea Conakry

7385174

MURTOSA

Togo

8721595

NEMANSKIY

 

8421937

NICOLAY CHUDOTVORETS

Ir-Russja

8522169

ROSITA

Ex Ġeorġja

7347407

SUNNY JANE

 

8606836

ULLA

Ex Ġeorġja

7306570

WHITE ENTERPRISE

 


(1)  L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Kwalunkwe tibdil fl-ismijiet u l-bnadar kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali fuq il-bastimenti, huma disponibbli fis-sit tal-NEAFC: www.neafc.org”.