14.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 303/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1123/2008

tat-12 ta’ Novembru 2008

li jiffissa persentaġġ uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għal primjum għall-qlugħ tad-dwieli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 102(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet eliġibbli li l-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru 2008 skont l-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jaqbżu l-baġit massimu ta’ kull sena tal-iskema tal-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-inbid 2008/2009, jiġifieri EUR 464 miljun, kif stipulat fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament. Għalhekk, għandu jkun iffissat persentaġġ uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti mgħarrfa fir-realtà.

(2)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjonijiet għall-qlugħ tad-dwieli li l-Kummissjoni tkun innotifikata dwarhom fl-ambitu tal-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 se jkunu aċċettati għal 45.9% tal-ammonti koperti. Il-limiti tal-baġit għall-Istati Membri konċernati huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.


ANNESS

Limiti tal-baġit għall-Istati Membri għall-ħlasijiet għall-qlugħ tad-dwieli fis-sena tal-inbid 2008/2009

L-Istat Membru

Baġit tal-iskema ta' qlugħ tad-dwieli (EUR)

Il-Bulgarija

0

Ir-Repubblika Ċeka

17 543

Il-Ġermanja

178 162

Il-Greċja

7 135 657

Spanja

236 056 395

Franza

70 643 521

L-Italja

116 113 326

Ċipru

6 820 744

Il-Lussemburgu

6 675

L-Ungerija

9 812 320

Malta

0

L-Awstrija

1 875 586

Il-Portugall

13 961 350

Ir-Rumanija

49 920

Is-Slovenja

198 093

Is-Slovakkja

1 130 707