|
7.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 298/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1097/2008
tas-6 ta’ Novembru 2008
li jipprovdi miżuri eċċezzjonali rigward il-liċenzji tal-importazzjoni fis-settur tar-ross minħabba l-problemi fis-suq internazzjonali fl-2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 134 u 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sa mill-bidu tal-2008, ir-ritmu tal-importazzjoni tar-ross fil-Komunità tqalleb minn miżuri ta' restrizzjoni tal-esportazzjoni f'pajjiżi terzi. F'ċerti każijiet dawn il-miżuri kienu projbizzjonijiet uffiċjali tal-esportazzjoni, jew kellhom l-effett ta' projbizzjonijiet uffiċjali tal-esportazzjoni. Konsegwentement, importaturi fil-Komunità ma setgħux jaqdu l-obbligi tagħhom relatati mal-liċenzji tal-importazzjoni, b'mod partikolari rigward l-obbligu tal-importazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2). |
|
(2) |
Għalhekk, sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv fuq l-importaturi, għandhom jiġu pprovduti miżuri eċċezzjonali rigward liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodu tal-kwota tariffarja tal-2007/2008 u l-2008. |
|
(3) |
L-obbligu tal-importazzjoni huwa rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (3), li, jekk l-obbligu ma jkunx ġie rrispettat, għandu jwassal għat-telf tal-garanzija skont l-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament. Fuq talba tal-partijiet interessati u skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 l-obbligu tal-importazzjoni għandu jiġi kkanċellat u l-garanzija għandha tiġi rrilaxxata fuq il-bażi ta' każ b'każ. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mid-detentur meta juri li miżuri ta' restrizzjoni tal-esportazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala force majeure. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, fuq talba tad-detentur, fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-perjodu ta' kwota ta' rata tariffarja tal-2007/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 964/2007 (4) u 1002/2007 (5), jew fil-perjodu ta' kwota ta' rata tariffarja 2008 skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96 (6), Nru 327/98 (7), Nru 955/2005 (8), Nru 1964/2006 (9) u Nru 1529/2007 (10), l-obbligu tal-importazzjoni għandu jiġi kkanċellat u l-garanziji rrilaxxati għall-kwantitajiet mhux użati, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
2. Il-miżura pprovduta fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss f'każijiet fejn id-detentur taċ-ċertifikat jinvoka regoli imposti minn pajjiż terz li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jqisuhom li jikkostitwixxu force majeure skont l-Artikoli 39 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Id-detentur taċ-ċertifikat għandu juri, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, minn naħa, li ma setax iwettaq importazzjonijiet għaliex dan il-pajjiż terz daħħal miżuri uffiċjali ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni inkella miżuri b'effett ekwivalenti, li operatur raġonevolment prudenti fis-settur tar-ross ma setax jipprevedihom fil-mument li applika għaċ-ċertifikat tal-importazzjoni u, min-naħa l-oħra, li d-detentur għamel minn kollox biex jutilizza ċ-ċertifikat tal-importazzjoni matul il-perjodu ta' validità tiegħu.
Artikolu 2
Qabel il-31 ta' Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni il-miżuri li ttieħdu fl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.
In-notifiki għandhom isiru b'mezzi elettroniċi. Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu definiti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni għamlet disponibbli lill-Istati Membri.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16 11 2007, p. 1.
(4) ĠU L 213, 15 8 2007, p 26.
(5) ĠU L 226, 30 8 2007, p 15.
(6) ĠU L 276, 29 10 1996, p 7.