6.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 297/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1086/2008
tal-5 ta’ Novembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistipula li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi livelli ta’ referenza għal kull Stat Membru espressi f’TG u kW għall-kapaċità totali tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru. Il-livelli ta’ referenza ġew stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 tat-12 ta’ Awwissu 2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2). |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003, dak ir-Regolament japplika għall-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità bl-eċċezzjoni tal-bastimenti użati fl-akkwakultura jew irreġistrati fir-reġjuni l-iktar ‘il bogħod ta’ Franza, il-Portugall u Spanja. |
(3) |
In-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 tistipula li l-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu riveduti biex jitqiesu bastimenti li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 2002 iżda li ma kinux koperti mill-MAGP IV jew li ma kinux irreġistrati fid-data meta tlestiet it-tabella Annessa. |
(4) |
Fis-26 ta’ Settembru 2006, l-Olanda infurmat lill-Kummissjoni li għadd ta’ bastimenti, li l-kapaċità tagħhom hija attwalment inkluża fil-livell ta’ referenza għal dak l-Istat Membru, huma esklussivament użati għall-akkwakultura u talbet lill-Kummissjoni tnaqqas il-livell ta’ referenza għall-kapaċità tas-sajd totali tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera Olandiża bi 15 540 GT u 39 258 kW. |
(5) |
Il-livell ta’ referenza attwali għall-flotta Irlandiża ma jinkludix parti mill-bastimenti fuq skala żgħira mmirata speċjalment għal tipi li mhumiex suġġetti għal kwota. Għalkemm il-kapaċità ta’ dawn il-bastimenti kienet inkluża fl-għanijiet ta’ MAGP IV, ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-bastimenti ma kinitx lesta fiż-żmien meta ġew stabbiliti l-livelli ta’ referenza. Fl-4 ta’ April 2008, l-Irlanda ressqet il-lista finali tal-bastimenti lill-Kummissjoni u talbitha temenda l-livell ta’ referenza għall-flotta Irlandiża kif xieraq. Barra minn hekk, hu meħtieġ li wieħed iqis il-kapaċità tal-bastimenti tat-tħammil li jistadu għall-molluski li ma kinux irreġistrati qabel. Konsegwentement, il-livell ta’ referenza għall-Irlanda għandu jogħla b’ 1 719 TG u 14 608 kW. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.
Ghall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21.
ANNESS
“ANNESS I
Livelli ta’ referenza minn Stat Membru (1)
Stat Membru |
Livelli ta’ Referenza l-1 ta’ Jannar 2003 |
|
R(TG) 03 |
R(kW) 03 |
|
Il-Belġju |
23 372 |
67 857 |
Id-Danimarka |
132 706 |
459 526 |
Il-Ġermanja |
84 262 |
175 927 |
Il-Greċja |
119 910 |
653 497 |
Spanja (eskluża l-kapaċità rreġistrata fil-Gżejjer Kanarji fil-31-12-2002) |
728 344 |
1 671 739 |
Franza (esklużi l-għanijiet ta’ l-MAGP IV għas-segmenti tad-Dipartimenti Barranin Franċiżi) |
230 257 |
920 969 |
L-Irlanda |
88 700 |
244 834 |
L-Italja |
229 862 |
1 338 971 |
L-Olanda |
197 599 |
487 809 |
Il-Portugall (esklużi l-għanijiet ta’ l-MAGP IV għas-segmenti ta’ l-Azores u Madeira) |
171 502 |
412 025 |
Il-Finlandja |
23 203 |
216 195 |
L-Iżvezja |
51 993 |
261 028 |
Ir-Renju Unit |
286 120 |
1 129 194 |
Total |
2 367 830 |
8 039 571 |
(1) Il-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu riveduti biex jitqiesu bastimenti li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 2002 iżda li ma kinux koperti mill-MAGP IV jew li ma kinux irreġistrati fid-data meta tlestiet din it-tabella.”