31.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2008
tat-30 ta' Ottubru 2008
li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Taureau de Camargue (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari t-tieni frażi tal-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 (2). |
(2) |
It-talba għandha l-għan li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li jirrigwarda l-prova tal-oriġini u l-metodu ta’ produzzjoni. Bil-għan li tittejjeb it-traċċabilità u għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ titjib tad-denominazzjoni, l-istabbilimenti tat-trobbija għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. F’dak li jirrigwarda l-metodu tal-produzzjoni, jirriżulta li għoġġiela tar-razza marbuta mad-denominazzjoni, mrobbija f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni, ma jilħqux il-piż ta’ 100 kg, u għalhekk anke jekk il-karkassi jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għaldaqstant mogħtija d-denominazzjoni. Deher xieraq li jiġi rikonoxxut li l-piż tal-karakassa tal-għoġġiela ta’ età bejn 18 u 30 xahar jkun ta’ mhux inqas minn 85 kg. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament, |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, huwa xieraq li tiġi ppubblikata sinteżi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Taureau de Camargue” huma b’dan emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Is-sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9.
(3) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
ANNESS I
B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”
|
Provi tal-oriġini Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara t-tieni frażi: “L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) li fihom għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni”. |
|
Metodu tal-produzzjoni Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara “Il-karkassi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali”: “ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar li għalihom dan il-piż huwa stabbilit għal 85 kilo” |
ANNESS II
SINTEŻI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006
“TAUREAU DE CAMARGUE”
Nru tal-KE: FR-PDO-105-0041/30.3.2006
DPO (X) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-istat membru
Isem |
: |
Institut National des Appellations d’Origine |
Indirizz |
: |
51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS |
Tel. |
: |
(33) 1 53 89 80 00 |
Feks |
: |
(33) 1 42 25 57 97 |
Posta elettronika |
: |
info@inao.gouv.fr |
2. Grupp
Isem |
: |
Syndicat de défense et de Promotion de la viande AOC Taureau de Camargue |
Indirizz |
: |
Mas du Pont de Rousty – F-13200 ARLES |
Tel. |
: |
(33) 4 90 97 10 40 |
Feks |
: |
(33) 4 90 97 12 07 |
Posta elettronika |
: |
— |
Kompożizzjoni |
: |
produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta’ prodott
Klassifikazzjoni 1.1. – |
Laħam (u ġewwieni) frisk. |
4. Speċifikazzjonijiet [sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]
4.1. Isem
“Taureau de Camargue”
4.2. Deskrizzjoni
Laħam frisk tal-bhejjem irġiel jew nisa, ta’ razez lokali, mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. Il-laħam tat-taureau de Camargue huwa kkaratterizzat mill-kulur aħmar skur tiegħu, huwa tari u dgħif.
4.3. Żona ġeografika
Il-Camargue testendi fuq tliet dipartimenti: il-Bouches du Rhône, il-Gard u l’Hérault. Ġewwa din iż-żona ġiet delimitata “art mistgħadra” li l-annimali għandhom jinżammu fiha għallinqas għal 6 xhur.
4.4. Prova tal-oriġini
L-aktar test antik magħruf li fih jissemma t-Taureau de Camargue huwa attribwit lil Quiqueran de Beaujeu, Isqof ta’ Senès, u jmur lura għall-1551 Wara din id-data, ħafna xogħlijiet semmew l-oriġinalità liema bħala ta’ din ir-razza ta’ bhejjem tal-ifrat u tal-mod li bih titrabba, prinċipalment biex tipproduċi l-barrin għall-isport. L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) fejn għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. Kull annimal huwa identifikat u rreġistrat fil-ktieb tal-inventarju inkella r-reġistru tal-bhejjem. Il-biċċeriji għandhom l-obbligu li jżommu r-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ li jippermettu traċċabilità tal-annimali sakemm jaslu għand il-konsumatur.
4.5. Metodu ta’ produzzjoni
L-annimali tar-razez lokali (raço di biou, tal-ġlied, inkella taħlita tat-tnejn) iridu jkunu mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. L-annimali jitrabbew ħielsa biex jimirħu għall-beraħ u b’mod estensiv biex jibqgħu selvaġġi. L-alimentazzjoni ewlenija tagħhom jiksbuha billi jirgħu. L-annimali jibqgħu minimu ta’ 6 xhur f’art mistgħadra. Il-qatla sseħħ malli l-bhejjem jitniżżlu mill-mezz tat-trasport. Il-karkasi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar, li għalihom il-piż huwa stabbilit għal 85 kg. Il-laħam għandu jkollu kulur aħmar skur. Il-karkassi jitħallew joqtru ħafif. Il-maturazzjoni tal-karkassi fil-biċċerija ma għandhiex iddum inqas minn 48 siegħa u massimu ta’ 5 ijiem.
4.6. Rabta
It-taureaux de Camargue jitnisslu minn razez lokali tradizzjonali, adattati partikolarment tajjeb għall-ambjent tal-Camargue, żona ta’ altitudni baxxa fejn l-ilma huwa dejjem preżenti. Imrobbija fil-libertà, it-taureaux de Camargue jirgħu fuq il-ħaxix taż-żona u jqattgħu għallinqas sitt xhur f’art mistgħadra, żona karatterizzata minn ekosistema speċifika. Il-karattru nervuż u aggressiv ta’ dawn ir-razez huwa partikolarment adattat għall-għan aħħari u jagħti lil-laħam il-karatteristiċi tiegħu.
4.7. Organu ta’ spezzjoni
Isem |
: |
Institut National des Appellations d’Origine |
Indirizz |
: |
51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS |
Tel. |
: |
(33) 1 53 89 80 00 |
Feks |
: |
(33) 1 42 25 57 97 |
Posta elettronika |
: |
info@inao.gouv.fr |
Isem |
: |
DGCCRF |
Indirizz |
: |
59, Bd V. Auriol, F-75703 PARIS Cedex 13 |
Tel. |
: |
(33) 1 44 87 17 17 |
Feks |
: |
(33) 1 44 97 30 37 |
Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija.
4.8. Tikkettar
Il-karkassi u l-biċċiet imqatta’ minnhom għandhom ikollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni li tindika: l-isem tad-denominazzjoni; in-numru tal-qatla; l-isem tal-impriża li rabbiethom; l-isem u l-indirizz tal-biċċerija jew tal-istabbiliment fejn inqatlu.