28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1057/2008

tas-27 ta’ Ottubru 2008

li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 216/2008 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ ingenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2008 (3).

(2)

Iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (4) jiġi sostitwit b’mod li jirrefletti t-tibdil li sar fuq ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003.

(3)

Il-miżuri previsti b’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija (5) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Appendiċi II (Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni, EASA Formola 15a tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003) jiġi sostitwit mit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(3)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(5)  Opinjoni 02/2008.


ANNESS

“Appendiċi II

Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni

Image

Test ta 'immaġni