|
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1056/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2), l-Aġenżija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għamlet ewalvazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Anness I (Parti M) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Aġenzija kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet attwali tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huma stretti wisq għall-inġenji tal-ajru li m’humiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru u, b’mod partikolari, għall-l-inġenji tal-ajru li mhumiex ikklassifikati bħala “inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu b’magni”. |
|
(3) |
Minħabba li skada l-perjodu li fih l-Istati Membri setgħu japplikaw deroga għall-inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif stabbilit fl-Artiklu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li l-maġġoranza tal-Istati Membri issa applikaw, id-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Part M) għandu jkun applikat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha mit-28 ta’ Settembru 2008, sakemm ma jkunx adottat tibdil ieħor fiż-żmien stipulat. |
|
(4) |
L-Aġenzija ħasset li għandha tagħmel emendi sinifikanti fir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, u b’mod partikolari l-Anness I (Parti M), biex tadatta r-rekwiżiti eżistenti għall-kumplessità tal-kategoriji differenti tal-inġenji tal-ajru u t-tipi tal-operazzjonijiet mingħajr ma tnaqqas il-livell ta’ sikurezza. |
|
(5) |
Biex tagħti lok lill-awotoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-rekwiżiti l-ġodda tal-Parti M, u biex jaddataw għalihom, l-Istati Membri għandhom iħallu d-differiment tal-applikazzjoni tal-Parti M għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru għal perjodu ulterjuri ta’ sena jew sentejn, jiddependi fuq id-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jieħdu kont tal-Komunikazzjoni tal-11 ta’ Jannar 2008 mill-Kummissjoni “Aġenda għal Ġejjieni Sostenibbli għall-Avjazzjoni Ġenerali u Kummerċjali” (3). |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (k) u (l) li ġejjin:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Għall-inġenji tal-ajru mhux użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, kwalunkwe ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-Istat Membru u validu fit-28 ta’ Settembru 2008 għandu jkun validu sad-data tal-iskadenza tiegħu jew sat-28 ta’ Settembru 2009, liema data tiġi l-ewwel. Meta jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Meta jerġa’ jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Mhu permess l-ebda ħruġ ieħor jew estensjoni mill-ġdid. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-punt kienu użati, meta kienet ittrasferita r-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru lejn l-UE, għandu jkun maħruġ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ġdid skont M.A.904.” |
|
3. |
Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Ċertifikati ta’ ħruġ għall-użu u ċertifikati awtorizzati ta’ ħruġ għall-użu maħruġa qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament minn organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk mitluba skont il-punti M.A.801 u M.A.802 tal-Anness I (parti M) rispettivament.” |
|
4. |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’ dan li ġej: “1. Il-persunal li jiċċertifika għandu jkun ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, barra minn kif stabbilit fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I u fil-punt 145.A.30(j) tal-Anness II (Parti 145) u l-Appendiċi IV ta l-Anness II (Parti 145).” |
|
5. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
6. |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(2) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
(3) KUMM(2007) 869 finali.
ANNESS
1.
L-Anness I (Parti M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2042/2003 huwa b’hekk emendat kif ġej:|
(1) |
Fil-punt M.1, paragrafu 4, jiżdied il-punt (iii) li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (e) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (i), il-frażi ta’ introduzzjoni hija mibdula b’dan li ġej: “Meta operatur ikun mitlub minn Stat Membru biex ikollu ċertifikat ta’ operazzjoni kummerċjali, barra minn dak għat-trasport kummerċjali bl-ajru, dan għandu:”. |
|
(4) |
Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Il-punt M.A.302 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.302 Programm ta’ manutenzjoni
|
|
(6) |
Il-punt M.A.305, paragrafu (b) huwa mibdul bit-test li ġej:
|
|
(7) |
Fil-punt M.A.403, paragrafu (b), il-kliem “skond MA.801(b)1, M.A..801(b)2 jew Parti 145” huwa mibdul bil-kliem “skond M.A.801(b)1, M.A.801(b)2, M.A.801(c), M.A.801(d) jew l-Anness II (Parti 145)”. |
|
(8) |
Fil-punt M.A.501, paragrafu (a), il-kliem “speċifikat fil-Parti 145 u s-Sottoparti F” huwa mibdul bil-kliem “speċifikat fl-Anness (Parti 21) għar-Regolmanet (KE) Nru 1702/2003, l-Anness II (Parti 145) jew s-Sottoparti F, Sezzjoni A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament”. |
|
(9) |
Il-punt M.A.502 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
|
|
(10) |
Il-punt M.A.503 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.503 Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat m’għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fil-programm ta’ manutenzjoni approvat u d-direttivi dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, ħlief kif previst mill-punt M.A.504(c).” |
|
(11) |
Il-punt M.A.504, paragrafu (b) huwa mibdul bit-test li ġej:
|
|
(12) |
Il-punt M.A.601 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.601 Ambitu Din is-Sottoparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jintleħqu minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta’ approvazzjoni għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-kompenenti mhumiex elenkati fil-punt M.A.201(g).” |
|
(13) |
Fil-parti M.A.604(a), il-punti 5 u 6 huwa mibdula b’dan li ġej:
|
|
(14) |
Fil-punt M.A.606, jiżdied il-punt (h) li ġej:
|
|
(15) |
Il-punt M.A.607 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.607 Personal li jiċċertifika
|
|
(16) |
Il-punt M.A.608(a), punt 1 huwa mibdul b’li ġej:
|
|
(17) |
Il-punt M.A.610 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.610 Ordnijiet ta’ xogħol ta’ manutenzjoni Qabel jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni għandha tkun miftehma ordni ta’ xogħol bil-miktub bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni li qed titlob il-manutenzjoni biex ikun stabbilit b’mod ċar ix-xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jsir.” |
|
(18) |
Fil-punt M.A.613, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(19) |
Il-punt M.A.615 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.615 Privileġġi tal-organizzazzjoni L-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M), tista’:
|
|
(20) |
Il-punt M.A.703 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
Il-punt M.A.704 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
Fil-punt M.A.706, il-paragrafi segwenti (f) u (g) huma miżjuda:
|
|
(23) |
Fil-punt M.A.707, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(24) |
Il-punt M.A.708 (b) huwa mibdul b’li ġej:
|
|
(25) |
Il-punt M.A.709 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.709 Dokumentazzjoni
|
|
(26) |
Il-punt M.A.711 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.711 Privileġġi tal-organizzazzjoni
|
|
(27) |
Fil-punt M.A.712, il-paragrafu (f) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(28) |
Il-punt M.A.714, paragrafu (b) huwa mibdul b’li ġej:
|
|
(29) |
Il-punt M.A.801 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.801 Ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu
|
|
(30) |
Il-punt M.A.802 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.802 Ċertifikat għall-kompenenti sabiex jinħarġu għall-użu
|
|
(31) |
Il-punt M.A.803 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.803 Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid
|
|
(32) |
Il-punt M.A.901 huwa mibdul b’li ġej: “M.A.901 Reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni Biex tkun żgurata l-validità ta’ ċertifikat dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-inġenju tal-ajru u tad-dokumentazzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tiegħu.
|
|
(33) |
Fil-punt M.A. 904, il-paragrafi (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
|
(34) |
Il-punt M.B. 703 huwa emendat kif ġej:
|
|
(35) |
Fil-punt M.B.302, “l-Artikolu 10(3)” huwa mibdul bl-“Artikolu 14(4)”. |
|
(36) |
Fil-punt M.B.303, il-paragrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
|
(37) |
Fil-punt M.B.303, jiżdied il-paragrafu (i) li ġej:
|
|
(38) |
Il-punt M.A.606 huwa mibdul b’li ġej: “M.B.606 Bidliet
|
|
(39) |
Il-punt M.A.706 huwa mibdul b’li ġej: “M.B.706 Bidliet
|
|
(40) |
Fil-punt M.B.901, “M.A.902(d)” huwa mibdul b'“M.A.901”. |
|
(41) |
Il-punt M.A.902 huwa mibdul b’li ġej: “M.B.902 Reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni mill-awtorità kompetenti
|
|
(42) |
Il-punti 5.1 u 5.2 tal-Appendiċi I “Arranġament tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata” jinbidlu b’li ġej:
|
|
(43) |
L-Appendiċi II, sezzjoni 2, “MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ ĦRUĠ GĦALL-UŻU MILL-ORIĠINATUR” huwa emendat kif ġej:
|
|
(44) |
Appendiċi III huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Anness III Ċertifikati ta’ revizjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni
|
|
(45) |
Fl-Appendiċi IV, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:
|
|
(46) |
Appendiċi VI huwa mibdul b’dan li ġej: “L-Appendiċi VI Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata msemmija fl-Anness I (Parti M), Sottoparti G
|
|
(47) |
L-appendiċi VII huwa emendat kif ġej:
|
|
(48) |
Appendiċi VIII huwa mibdul b’dan li ġej: “L-Appendiċi VIII Manutenzjoni Limitata tal-pilota-sid B’żieda mar-rekwiżiti stabbilit fl-Anness I (Parti M), il-prinċipji bażiċi li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti qabel jitwettaq kull xogħol ta’ manutenzjoni skond il-kundizzjonijiet tal-manutenzjoni tal-pilota-sid:
|
2.
L-Anness II, (parti-145) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:|
(1) |
Fil-paragrafu 145.A50, il-paragrafu (a) hu mibdul b’dan li ġej:
|
|
(2) |
F’Appendiċi II “Klassi ta’ Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet u Sistema ta’ Rati”, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:
|