24.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1043/2008
tat-23 ta’ Ottubru 2008
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII ta’ l-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skond l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skond l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.
ANNESS
Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mill-24 ta’ Ottubru 2008
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
0210 11 31 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 11 31 9910 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9300 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
1601 00 91 9120 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,50 |
1601 00 99 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
15,20 |
1602 41 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
29,00 |
1602 41 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 42 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
22,80 |
1602 42 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 49 19 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. |