|
18.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2008
tas-17 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-limiti ta' nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li operaturi tal-industrija tal-ikel iridu jwettqu kontrolli speċifiċi biex ma jħallux li jitqiegħdu fis-suq prodotti tas-sajd li ma jkunux adatti għall-konsum mill-bniedem. Dawk il-kontrolli jinkludu l-limiti tan-nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N), li m'għandhomx jinqabżu. |
|
(2) |
Il-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (2) jistipula l-limiti TVB-N għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd u l-metodi ta' analiżi li jridu jintużaw. |
|
(3) |
Skond l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, meta bastimenti li ma kinux imfassla jew mgħammra biex jippriservaw prodotti tas-sajd friski għal aktar minn 24 siegħa jħottu fuq l-art dak li jkunu qabdu, il-prodotti tas-sajd friski jridu jitkessħu kemm jista' jkun malajr wara li jitniżżlu fl-art u jinħażnu fit-temperatura li fiha jinħall is-silġ. |
|
(4) |
Madankollu, meta prodotti sħaħ tas-sajd ġejjin minn bastimenti bħal dawn jintużaw direttament fil-preparazzjoni ta' żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem, il-materja prima tista' tiġi pproċessata sa 36 siegħa mingħajr tkessiħ wara l-qabda jew t-tagħbija fuq il-bastiment, sakemm il-prodotti tas-sajd jibqgħu jilħqu l-kriterji tal-freskezza. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li jitniżżel limitu TVB-N ġenerali li ma għandux jinqabeż fl-ispeċi ta' ħut użati għall-produzzjoni diretta ta' żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem, meta tintuża dik il-possibilità. |
|
(6) |
Minħabba l-varjazzjoni bejn l-ispeċi, jista' jkun xieraq ukoll li jiġu stipulati limiti TVB-N għal ċerti speċi. Sakemm issir l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju ta' dawk il-limiti TVB-N ogħla, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw limiti nazzjonali għal ċerti speċi, sakemm il-ħut jibqgħu jissodisfaw il-kriterji tal-freskezza. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għalhekk ikun emendat skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fil-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
“1. |
Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem meta l-valutazzjoni organoleptika tkun qajmet dubji dwar kemm dawn huma friski u l-verifiki kimiċi juru li l-limiti ta' TVB-N li ġejjin inqabżu:
Il-metodu ta' referenza li jrid jintuża għall-verifikazzjoni tal-limiti TVB-N jinvolvi d-distillazzjoni ta' estratt deproteinizzat permezz ta' aċtu perkloriku kif stabbilit fil-Kapitolu III.” |