4.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 265/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2008
tat-2 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-korpi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-21 ta' Mejju, fis-17 ta' Lulju u fl-10 ta' Settembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Għandhom jitneħħew dawn il-persuni fiżiċi li ġejjin: “M. Moussa Cisse (magħruf ukoll bħala Mamadee Kamara). Data tat-twelid: (a) 24.12.1946, (b) 14.12.1957, (c) 26.6.1944, (d) 26.7.1946, (e) 24.12.1944. Passaporti: (a) Passaport diplomatiku Liberjan: D/001548-99; (b) Passaport ordinarju Liberjan 0058070 (validu 10.1.2000 sad-9.1.2005; isem: Mamadee Kamara, data tat-twelid: 26.7.1946, post tat-twelid: Gbarnga, Bound County); (c) Passaport diplomatiku Liberjan 001546 (validu 1.8.1999 sat-30.8.2001, data tat-twelid: 24.12.1944, post tat-twelid: Ganta, Nimba County); (d) Passaport diplomatiku Liberjan D/000953-98. Informazzjoni oħra: eks-Kap tal-Protokoll Presidenzjali. Ċermen tal-Mohammad Group of companies.” |
(2) |
L-annotazzjoni “Edwin M., Jr. Snowe. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: OR/0056672-01. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC)” għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej: “Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC).” |
(3) |
L-annotazzjoni “Jewell Howard Taylor (magħrufa wkoll bħala Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: D/003835-04 (validu 4.6.2004 sat-3.6.2006). Informazzjoni oħra: mart l-eks-President Charles Taylor” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Jewell Howard Taylor (magħrufa wkoll bħala Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: (a) D/003835-04 (validu 4.6.2004 sat-3.6.2006), (b) D/00536307. Informazzjoni oħra: Mart l-eks-President Charles Taylor.” |