26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 949/2008

tal-25 ta’ Settembru 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Settembru 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Settembru 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 23,903 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fit Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26.