26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 948/2008

tal-25 ta’ Settembru 2008

li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni tax-xroppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Il-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, kif ukoll il-prospettivi ta' kif sejrin jiżviluppaw id-disponibbiltà u d-domanda fis-suq tal-Komunità, jagħtu lok biex ma jingħatawx rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti li ġejjin:

 

1702 40 10 9100

 

1702 60 10 9000

 

1702 60 95 9000

 

1702 90 30 9000

 

1702 90 71 9000

 

1702 90 95 9100

 

1702 90 95 9900

 

2106 90 30 9000

 

2106 90 59 9000.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.